1. Mid-data minn meta deċiżjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament MSU li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u NCA ta’ Stat Membru mhux taż-żona tal-euro, u sakemm tintemm jew tiġi sospiża dik il-kooperazzjoni mill-qrib, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament MSU b’rabta ma’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament MSU.