+Artikolu 107 Prinċipji li għandhom jiġu applikati meta tkun ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib
---+Artikolu 107 1
---+Artikolu 107 2
---+Artikolu 107 3
---+Artikolu 107 4

Artikolu 107 Prinċipji li għandhom jiġu applikati meta tkun ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 107 1

1.   Mid-data minn meta deċiżjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament MSU li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u NCA ta’ Stat Membru mhux taż-żona tal-euro, u sakemm tintemm jew tiġi sospiża dik il-kooperazzjoni mill-qrib, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament MSU b’rabta ma’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament MSU.

Artikolu 107 2

2.   Jekk tkun ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament MSU, il-BĊE u l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib għandhom, fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib, ikunu f’pożizzjoni kumparabbli għal entitajiet u gruppi sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri taż-żona tal-euro, waqt li jitqies il-fatt li l-BĊE ma għandux setgħat applikabbli direttament fuq entitajiet u gruppi sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib.

Artikolu 107 3

3.   Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament MSU, il-BĊE jista’ joħroġ struzzjonijiet lil NCA f’kooperazzjoni mill-qrib fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, waqt li jista’ joħroġ biss struzzjonijiet ġenerali fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

Artikolu 107 4

4.   Il-kooperazzjoni mill-qrib għandha tintemm fid-data meta d-deroga skont l-Artikolu 139 TFUE tiġi rrevokata fir-rigward ta’ Stat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 140(2) TFUE, u d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti mbagħad għandhom jieqfu japplikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.