2. Jekk tkun ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament MSU, il-BĊE u l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib għandhom, fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib, ikunu f’pożizzjoni kumparabbli għal entitajiet u gruppi sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri taż-żona tal-euro, waqt li jitqies il-fatt li l-BĊE ma għandux setgħat applikabbli direttament fuq entitajiet u gruppi sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib.