+Artikolu 108 Strumenti legali relatati ma’ superviżjoni b’rabta ma’ kooperazzjoni mill-qrib
---+Artikolu 108 1
---+Artikolu 108 2
---+Artikolu 108 3
---+Artikolu 108 4
---+Artikolu 108 5

Artikolu 108 Strumenti legali relatati ma’ superviżjoni b’rabta ma’ kooperazzjoni mill-qrib

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 108 1

1.   Fir-rigward tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament MSU, il-BĊE jista’ jagħti struzzjonijiet, jagħmel talbiet jew joħroġ linji gwida.

Artikolu 108 2

2.   Jekk il-BĊE jidhirlu li miżura relatata mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament MSU għandha tiġi adottata mill-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib b’rabta ma’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni, huwa għandu jindirizza lil dik l-NCA:

(a)

fir-rigward ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni, struzzjoni ġenerali jew speċifika, talba jew linja gwida li teħtieġ il-ħruġ ta’ deċiżjoni superviżorja fir-rigward ta’ dik l-entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni fl-Istat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib; jew

(b)

fir-rigward ta’ entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni, struzzjoni ġenerali jew linja gwida.

Artikolu 108 3

3.   Jekk il-BĊE jidhirlu li miżura relatata mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament MSU għandha tiġi adottata mill-NCA jew NDA f’kooperazzjoni mill-qrib, huwa jista’ jindirizza lil dik l-NCA jew NDA struzzjoni ġenerali jew speċifika, talba, jew linja gwida li teħtieġ l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar għoljin għal riżervi ta’ kapital jew l-applikazzjoni ta’ miżuri aktar strinġenti mmirati biex jindirizzaw riskji sistemiċi jew makro-prudenzjali.

Artikolu 108 4

4.   Il-BĊE għandu jispeċifika fl-istruzzjoni, talba jew linja gwida limitu ta’ żmien relevanti għall-adozzjoni tal-miżura mill-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib, li għandu jkun mhux inqas minn 48 siegħa, ħlief jekk ikun meħtieġ li tiġi adottata qabel sabiex tiġi evitata ħsara li ma tistax tissewwa. Meta jiġi ddeterminat il-limitu ta’ żmien, il-BĊE għandu jqis il-liġi amministrattiva u proċedurali li magħha trid tikkonforma l-NCA relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib.

Artikolu 108 5

5.   NCA f’kooperazzjoni mill-qrib għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-istruzzjonijiet, talbiet jew linji gwida tal-BĊE, u għandha tinforma lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed dwar il-miżuri li tkun ħadet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.