5. Fil-kuntest ta’ superviżjoni kkonsolidata u kulleġġi ta’ superviżuri, f’ċirkustanzi fejn impriża prinċipali tkun stabbilita fi Stat Membru taż-żona tal-euro jew fi Stat Membru parteċipanti mhux taż-żona tal-euro, il-BĊE, bħala awtorità kompetenti, għandu jkun is-superviżur konsolidanti u għandu jippresjedi l-kulleġġ ta’ superviżuri. Il-BĊE għandu jistieden lill-NCA relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib biex jaħtar lil membru tal-persunal ta’ NCA bħala osservatur. Il-BĊE jista’ jaġixxi billi jagħti struzzjonijiet lill-NCA relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib.