+Artikolu 115 Superviżjoni ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fi Stat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib
---+Artikolu 115 1
---+Artikolu 115 2
---+Artikolu 115 3
---+Artikolu 115 4
---+Artikolu 115 5

Artikolu 115 Superviżjoni ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fi Stat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 115 1

1.   Il-Partijiet II u VI għandhom japplikaw mutatis mutandis għal entitajiet u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 115 2

2.   NCA f’kooperazzjoni mill-qrib għandha tiżgura li l-BĊE jirċievi kull informazzjoni u rapportar minn u fir-rigward ta’ entitajiet u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni li l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib tirċievi hija stess, u li jkunu meħtieġa sabiex jitwettqu l-kompiti mogħtija lill-BĊE permezz tar-Regolament MSU.

Artikolu 115 3

3.   Tim superviżorju konġunt għandu jiġi stabbilit għas-superviżjoni ta’ kull entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni stabbilit fi Stati Membru parteċipanti f’kooperazzjoni mill-qrib. Il-membri tat-tim superviżorju konġunt għandhom jinħatru skont l-Artikolu 4. L-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib għandha taħtar lis-subkoordinatur tal-NCA biex jaġixxi direttament fir-rigward tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni, skont l-istruzzjonijiet tal-koordinatur tat-TSK.

Artikolu 115 4

4.   NCA f’kooperazzjoni mill-qrib għandha tiżgura li membri tal-persunal tal-BĊE nominati jkunu mistiedna biex jipparteċipaw fi kwalunkwe spezzjoni fuq il-post mwettqa fir-rigward ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni. Il-BĊE jista’ jiddetermina n-numru ta’ membri tal-persunal tal-BĊE li ser jipparteċipaw bħala osservaturi.

Artikolu 115 5

5.   Fil-kuntest ta’ superviżjoni kkonsolidata u kulleġġi ta’ superviżuri, f’ċirkustanzi fejn impriża prinċipali tkun stabbilita fi Stat Membru taż-żona tal-euro jew fi Stat Membru parteċipanti mhux taż-żona tal-euro, il-BĊE, bħala awtorità kompetenti, għandu jkun is-superviżur konsolidanti u għandu jippresjedi l-kulleġġ ta’ superviżuri. Il-BĊE għandu jistieden lill-NCA relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib biex jaħtar lil membru tal-persunal ta’ NCA bħala osservatur. Il-BĊE jista’ jaġixxi billi jagħti struzzjonijiet lill-NCA relevanti f’kooperazzjoni mill-qrib.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.