4. Jekk il-Kunsill Governattiv jikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib tista’, fi żmien ħamest ijiem minn meta tiġi infurmata li l-Kunsill Governattiv ikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, tinnotifika lill-BĊE li mhi ser tkun marbuta b’ebda deċiżjoni meħuda wara l-emenda tal-abbozz ta’ deċiżjoni inizjali u sħiħ li għaliha joġġezzjona l-Kunsill Governattiv.
Il-BĊE mbagħad għandu jikkunsidra li jissospendi jew itemm il-kooperazzjoni mill-qrib mal-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib, waqt li jqis debitament l-effettività superviżorja, u għandu jieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward. Il-BĊE għandu jqis, b’mod partikolari, il-fatturi msemmija fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament MSU.