+Artikolu 119 Proċedura f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil ma’ oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament MSU
---+Artikolu 119 1
---+Artikolu 119 2
---+Artikolu 119 3
---+Artikolu 119 4
|
Artikolu 119 Proċedura f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil ma’ oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament MSU
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 119 1
|
1. Il-BĊE għandu jinforma lil NCA f’kooperazzjoni mill-qrib dwar kwalunkwe oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv biex jiġi kkompletat abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju.
|
|
Artikolu 119 2
|
2. Jekk l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib ma taqbilx mal-oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv kontra l-abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, hija għandha, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv, tinnotifika lill-Kunsill Governattiv bir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil min-naħa tagħha.
|
|
Artikolu 119 3
|
3. Il-Kunsill Governattiv għandu jagħti l-opinjoni tiegħu bil-miktub dwar in-nuqqas ta’ qbil immotivat li tesprimi l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi n-nuqqas ta’ qbil immotivat, u waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu, għandu jew jikkonferma jew jirtira l-oġġezzjoni tiegħu. Il-BĊE għandu jinforma lill-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib dwar dan.
|
|
Artikolu 119 4
|
4. Jekk il-Kunsill Governattiv jikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, l-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib tista’, fi żmien ħamest ijiem minn meta tiġi infurmata li l-Kunsill Governattiv ikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, tinnotifika lill-BĊE li mhi ser tkun marbuta b’ebda deċiżjoni meħuda wara l-emenda tal-abbozz ta’ deċiżjoni inizjali u sħiħ li għaliha joġġezzjona l-Kunsill Governattiv.
Il-BĊE mbagħad għandu jikkunsidra li jissospendi jew itemm il-kooperazzjoni mill-qrib mal-NCA f’kooperazzjoni mill-qrib, waqt li jqis debitament l-effettività superviżorja, u għandu jieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward. Il-BĊE għandu jqis, b’mod partikolari, il-fatturi msemmija fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament MSU.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|