2. Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-unità investigattiva għandha tinforma lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata dwar id-dritt tagħha li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-unità investigattiva dwar ir-riżultati fattwali u l-oġġezzjonijiet li jkunu tqajmu kontra l-entità kif stipulat fl-istess notifika, inklużi d-dispożizzjonijiet individwali li allegatament inkisru, u għandha tiffissa limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta għandha tirċievi dawk is-sottomissjonijiet. Il-BĊE m’għandux ikun obbligat li jikkunsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jirċievi wara li jkun skada l-limitu ta’ żmien stabbilit mill-unità investigattiva.