+Artikolu 126 Drittijiet proċedurali
---+Artikolu 126 1
---+Artikolu 126 2
---+Artikolu 126 3
---+Artikolu 126 4
|
Artikolu 126 Drittijiet proċedurali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 126 1
|
1. Malli titlesta investigazzjoni u qabel ma titħejja u tiġi ppreżentata proposta għal abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni lill-Bord Superviżorju, l-unità investigattiva għandha tinnotifika lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata bil-miktub dwar il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni mwettqa u dwar kwalunkwe oġġezzjoni li tkun tqajmet kontrihom.
|
|
Artikolu 126 2
|
2. Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-unità investigattiva għandha tinforma lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata dwar id-dritt tagħha li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-unità investigattiva dwar ir-riżultati fattwali u l-oġġezzjonijiet li jkunu tqajmu kontra l-entità kif stipulat fl-istess notifika, inklużi d-dispożizzjonijiet individwali li allegatament inkisru, u għandha tiffissa limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta għandha tirċievi dawk is-sottomissjonijiet. Il-BĊE m’għandux ikun obbligat li jikkunsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jirċievi wara li jkun skada l-limitu ta’ żmien stabbilit mill-unità investigattiva.
|
|
Artikolu 126 3
|
3. L-unità investigattiva tista’ wkoll, wara notifika skont il-paragrafu 1, tistieden lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata biex tattendi seduta orali. Il-partijiet soġġetti għall-investigazzjoni jistgħu jkunu rrappreżentati u/jew assistiti minn avukati jew persuni kkwalifikati oħrajn matul is-seduta. Is-seduti orali m’għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 126 4
|
4. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-unità investigattiva mill-entità taħt superviżjoni li tkun qiegħda tiġi investigata għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 32.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|