7. Jekk il-Bord Superviżorju, fuq il-bażi ta’ fajl sħiħ, ma jaqbilx mal-proposta tal-unità investigattiva, iżda jikkonkludi li kien hemm ksur differenti minn entità taħt superviżjoni, jew li hemm bażi fattwali differenti għall-proposta tal-unità investigattiva, huwa għandu jinforma lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata bil-miktub dwar il-konklużjonijiet tiegħu u l-oġġezzjonijiet mqajma kontra l-entità taħt superviżjoni kkonċernata. L-Artikolu 126(2) sa (4) għandhom japplikaw kif meħtieġ fir-rigward tal-Bord Superviżorju.