+Artikolu 127 Eżami tal-fajl mill-Bord Superviżorju
---+Artikolu 127 1
---+Artikolu 127 2
---+Artikolu 127 3
---+Artikolu 127 4
---+Artikolu 127 5
---+Artikolu 127 6
---+Artikolu 127 7
---+Artikolu 127 8
---+Artikolu 127 9
|
Artikolu 127 Eżami tal-fajl mill-Bord Superviżorju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 127 1
|
1. Jekk unità investigattiva tikkunsidra li penali amministrattiva għandha tiġi imposta fuq entità taħt superviżjoni, l-unità investigattiva għandha tissottometti proposta għal abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni lill-Bord Superviżorju, li tiddetermina li l-entità taħt superviżjoni kkonċernata kkommettiet ksur u li tispeċifika l-penali amministrattiva li għandha tiġi imposta. L-unità investigattiva għandha tissottometti wkoll il-fajl tagħha dwar l-investigazzjoni lill-Bord Superviżorju.
|
|
Artikolu 127 2
|
2. L-unità investigattiva għandha tibbaża l-proposta tagħha għal abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni biss fuq fatti u oġġezzjonijiet li l-entità taħt superviżjoni kellha l-opportunità li tikkummenta dwarhom.
|
|
Artikolu 127 3
|
3. Jekk il-Bord Superviżorju jidhirlu li l-fajl ippreżentat mill-unità investigattiva mhuwiex sħiħ, huwa jista’ jibgħat lura l-fajl lill-unità investigattiva flimkien ma’ talba mmotivata għal aktar tagħrif. L-Artikolu 125 għandu japplika kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 127 4
|
4. Jekk il-Bord Superviżorju, fuq il-bażi ta’ fajl sħiħ, jaqbel mal-proposta għal abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni tal-unità investigattiva fir-rigward ta’ ksur wieħed jew aktar u l-bażi fattwali għal dik id-deċiżjoni, huwa għandu jadotta l-abbozz sħiħ tad-deċiżjoni proposta mill-unità investigattiva fir-rigward ta’ ksur wieħed jew aktar li huwa jaqbel li jkun seħħ. Safejn il-Bord Superviżorju ma jaqbilx mal-proposta, għandha tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi relevanti ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 127 5
|
5. Jekk il-Bord Superviżorju, fuq il-bażi ta’ fajl sħiħ, jikkunsidra li l-fatti deskritti fil-proposta għal abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jidhrux li jiżvelaw evidenza suffiċjenti ta’ ksur kif imsemmi fl-Artikolu 124, huwa jista’ jadotta abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni li tagħlaq il-każ.
|
|
Artikolu 127 6
|
6. Jekk il-Bord Superviżorju, fuq il-bażi ta’ fajl sħiħ, jaqbel mad-determinazzjoni fil-proposta għal abbozz sħiħ ta’ deċiżjoni tal-unità investigattiva li l-entità kkonċernata kkommettiet ksur, iżda ma jaqbilx mar-rakkomandazzjoni proposta fir-rigward ta’ penali amministrattivi, huwa għandu jadotta l-abbozz sħiħ tad-deċiżjoni, waqt li jispeċifika l-penali amministrattiva li jidhirlu hija xierqa.
|
|
Artikolu 127 7
|
7. Jekk il-Bord Superviżorju, fuq il-bażi ta’ fajl sħiħ, ma jaqbilx mal-proposta tal-unità investigattiva, iżda jikkonkludi li kien hemm ksur differenti minn entità taħt superviżjoni, jew li hemm bażi fattwali differenti għall-proposta tal-unità investigattiva, huwa għandu jinforma lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata bil-miktub dwar il-konklużjonijiet tiegħu u l-oġġezzjonijiet mqajma kontra l-entità taħt superviżjoni kkonċernata. L-Artikolu 126(2) sa (4) għandhom japplikaw kif meħtieġ fir-rigward tal-Bord Superviżorju.
|
|
Artikolu 127 8
|
8. Il-Bord Superviżorju għandu jħejji abbozz sħiħ tad-deċiżjoni li tiddetermina jekk l-entità taħt superviżjoni kkonċernata kkommettitx ksur jew le waqt li jispeċifika l-penali amministrattivi li għandhom jiġu imposti, jekk dan ikun il-każ.
|
|
Artikolu 127 9
|
9. Abbozzi kompluti ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Bord Superviżorju u li għandhom jiġu proposti lill-Kunsill Governattiv għandhom ikunu bbażati biss fuq fatti u oġġezzjonijiet li l-entità taħt superviżjoni kellha l-opportunità li tikkummenta dwarhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|