+Artikolu 129 Regoli proċedurali applikabbli għal pagamenti perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 129 1
---+Artikolu 129 2
---+Artikolu 129 3
---+Artikolu 129 4

Artikolu 129 Regoli proċedurali applikabbli għal pagamenti perjodiċi ta’ penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 129 1

1.   F’każ ta’ ksur kontinwat ta’ regolament jew deċiżjoni superviżorja tal-BĊE, il-BĊE jista’ jimponi l-pagament perjodiku ta’ penali bil-għan li jġiegħel lill-persuni kkonċernati biex jikkonformaw mar-regolament jew deċiżjoni superviżorja. Il-BĊE għandu japplika r-regoli proċedurali tal-Artikolu 22 tar-Regolament MSU u t-Titolu 2 tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 129 2

2.   Pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi kkalkulat għal kull jum tal-ksur sakemm il-persuna kkonċernata tikkonforma mar-regolament jew deċiżjoni superviżorja kkonċernati tal-BĊE.

Artikolu 129 3

3.   L-ogħla limiti għal pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom ikunu kif speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 2532/98. Il-perijodu relevanti għandu jibda jiddekorri mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali. Id-data l-aktar bikrija stipulata fid-deċiżjoni għandha tkun id-data meta l-persuna kkonċernata tiġi nnotifikata bil-miktub dwar ir-raġunijiet tal-BĊE biex jimponi pagament perjodiku ta’ penali.

Artikolu 129 4

4.   Pagamenti perjodiċi ta’ penali jistgħu jiġu imposti għal perjodi ta’ mhux aktar minn sitt xhur wara d-data speċifikata fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.