+Artikolu 130 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi
---+Artikolu 130 1
---+Artikolu 130 2
---+Artikolu 130 3
---+Artikolu 130 4
---+Artikolu 130 5
|
Artikolu 130 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 130 1
|
1. Is-setgħa tal-BĊE li jimponi penali amministrattivi fuq entitajiet taħt superviżjoni għandha tkun soġġetta għal perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, li għandu jibda jiddekorri fil-jum meta jitwettaq il-ksur. Fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-perijodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jiddekorri fil-jum meta l-ksur jintemm.
|
|
Artikolu 130 2
|
2. Kull azzjoni meħuda mill-BĊE għall-finijiet tal-investigazzjoni jew proċeduri fir-rigward ta’ ksur taħt l-Artikolu 124 għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-perijodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji amministrattivi. L-interruzzjoni tal-perijodu ta’ preskrizzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data meta l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata.
|
|
Artikolu 130 3
|
3. Kull interruzzjoni għandha tikkawża li l-perijodu ta’ preskrizzjoni jerġa’ jibda jiddekorri mill-bidu. Madankollu, il-perijodu ta’ preskrizzjoni għandu jiskadi sal-aktar tard fil-jum meta jiskadi perijodu ekwivalenti għad-doppju tal-perijodu ta’ preskrizzjoni mingħajr ma tkun ġiet imposta penali amministrattiva mill-BĊE. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi kwalunkwe perijodu ta’ żmien li għalih il-perijodu ta’ preskrizzjoni jkun sospiż skont il-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 130 4
|
4. Il-perijodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi għandu jiġi sospiż għal kwalunkwe perijodu li matulu d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tkun soġġetta għal proċeduri ta’ rieżami quddiem il-Bord ta’ Rieżami Amministrattiv jew proċeduri ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 130 5
|
5. Il-perijodu ta’ preskrizzjoni għandu jkun sospiż ukoll għat-tul tal-perijodu li matulu jkun hemm proċeduri kriminali pendenti kontra l-entità taħt superviżjoni b’rabta mal-istess fatti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|