3. Jekk spezzjoni fuq il-post issegwi investigazzjoni mmexxija fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-BĊE, kif imsemmi fl-Artikolu 142, u kemm-il darba l-ispezzjoni fuq il-post ikollha l-istess skop u kamp ta’ applikazzjoni bħall-investigazzjoni, l-uffiċjali u l-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-BĊE u minn NCA għandhom jingħataw aċċess għall-fond tan-negozju u l-art tal-persuna ġuridika suġġetta għall-investigazzjoni fuq il-bażi tal-istess deċiżjoni, skont l-Artikolu 12(2) u (4) tar-Regolament MSU u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tiegħu.