+Artikolu 143 Deċiżjoni tal-BĊE biex imexxi spezzjoni fuq il-post taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament MSU
---+Artikolu 143 1
---+Artikolu 143 2
---+Artikolu 143 3
|
Artikolu 143 Deċiżjoni tal-BĊE biex imexxi spezzjoni fuq il-post taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament MSU
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 143 1
|
1. Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament MSU, sabiex iwettaq il-kompiti assenjati lilu permezz tar-Regolament MSU, il-BĊE għandu jaħtar timijiet ta’ spezzjoni fuq il-post kif stabbilit fl-Artikolu 144 biex imexxu l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fil-fond ta’ persuna ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament MSU.
|
|
Artikolu 143 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 142 u skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament MSU, spezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-BĊE, li bħala minimu għandha tispeċifika dan li ġej:
|
(a)
|
is-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni fuq il-post; u
|
|
(b)
|
il-fatt li kull xkiel għall-investigazzjoni fuq il-post mill-persuna ġuridika li suġġetta għaliha għandu jikkostitwixxi ksur ta’ deċiżjoni tal-BĊE skont it-tifsira tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament MSU, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali kif stipulata fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament MSU.
|
|
|
Artikolu 143 3
|
3. Jekk spezzjoni fuq il-post issegwi investigazzjoni mmexxija fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-BĊE, kif imsemmi fl-Artikolu 142, u kemm-il darba l-ispezzjoni fuq il-post ikollha l-istess skop u kamp ta’ applikazzjoni bħall-investigazzjoni, l-uffiċjali u l-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-BĊE u minn NCA għandhom jingħataw aċċess għall-fond tan-negozju u l-art tal-persuna ġuridika suġġetta għall-investigazzjoni fuq il-bażi tal-istess deċiżjoni, skont l-Artikolu 12(2) u (4) tar-Regolament MSU u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|