+5. Livell ta’ detall
|
5. Livell ta’ detall
5. Livell ta’ detall Il-prezzijiet għandhom jinkludu l-imposti kollha li jridu jitħallsu: imposti tan-netwerk flimkien mal-enerġija kkunsmata, nieqes kwalunkwe tnaqqis jew primjum, flimkien ma’ kwalunkwe imposta oħra (eż. kiri tal-miter, imposti permanenti). L-imposti tal-konnessjoni inizjali għandhom jiġu esklużi. Id-data dettaljata għandha tintbagħat kif speċifikat hawn taħt. (a) Livell ta’ dettall meħtieġ għall-komponenti u s-subkomponenti Il-prezzijiet għandhom jiġu suddiviżi fi tliet komponenti ewlenin u f’ subkomponenti separati. Il-prezz finali tal-konsumatur għall-elettriku skont il-livell tal-konsum huwa s-somma tat-tliet komponenti ewlenin: il-komponent tal-enerġija u tal-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkludi t-taxxi, t-tariffi, il-levies, u l-imposti.
|
Komponent u
Subkomponent
|
Deskrizzjoni
|
|
Enerġija u provvista
|
Dan il-komponent għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: ġenerazzjoni, aggregazzjoni, enerġija tal-bilanċ, kostijiet tal-enerġija fornuta, servizzi tal-konsumatur, ġestjoni ta’ wara l-bejgħ u kostijiet oħra tal-provvista.
|
|
Netwerk
|
Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta’ wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema, u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter.
|
|
Subkomponent
|
Il-komponent tan-netwerk għandu jitqassam f’kostijiet tan-netwerk tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-utent finali, kif ġej:
|
|
|
|
1.
|
Sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.
|
|
|
2.
|
Sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u sehem medju relattiv tal-kostijiet ta’ distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.
|
|
|
Taxxi, tariffi, levies u imposti
|
Dan il-komponent huwa s-somma tas-subkomponenti kollha (taxxi, tariffi, levies u imposti) elenkati hawn taħt.
|
|
Subkomponent
|
Is-subkomponenti li ġejjin għandhom jintbagħtu bħala entrati individwali għal kull livell tal-konsum definit fil-punt 4.
|
|
|
|
1.
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definit fid-Direttiva 2006/112/KE.
|
|
|
2.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-promozzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP.
|
|
|
3.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-pagamenti tal-kapaċità, is-sigurtà tal-enerġija u l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni; taxxi fuq ir-ristrutturar tal-industrija tal-faħam; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku; kostijiet imqassma (stranded costs) u levies fuq l-awtoritajiet regolatorji tal-finanzjament tal-enerġija jew l-operaturi tas-suq u tas-sistema.
|
|
|
4.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tad-CO2 jew gassijiet serra oħrajn.
|
|
|
5.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mas-settur nukleari, inkluż id-dekummisjonar nukleari, l-ispezzjonijiet u t-tariffi għall-installazzjonijiet nukleari.
|
|
|
6.
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-ħames kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta’ konċessjoni marbuta ma’ liċenzji u tariffi għall-okkupar ta’ art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor.
|
|
(b) Livell ta’ dettall abbażi tat-tassazzjoni Il-prezzijiet għandhom jinqassmu f’dawn it-tliet livelli li ġejjin:
|
Livell
|
Deskrizzjoni
|
|
Prezzijiet esklużi t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kollha
|
Dan il-livell tal-prezzijiet għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk.
|
|
Prezzijiet esklużi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn
|
Dan il-livell tal-prezzijiet għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezzijiet jinkludi l-komponenti tal-enerġija u n-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT.
|
|
Prezzijiet inklużi t-taxxi kollha
|
Dan il-livell tal-prezzijiet għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.11.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1952
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|