+ANNESS III
---+1. Se jkun meħtieġ kejl perjodiku mill-inqas: — darba kull tliet snin għall-impjanti …
---+2. Bħala alternattiva għal frekwenzi msemmija fil-punt 1, fil-każ ta' impjanti tal-kombustjoni …
---+3. Il-kejl għandu jkun meħtieġ biss għal: (a) sustanzi niġġiesa li għandhom valur limitu …
---+4. L-ewwel kejl għandu jitwettaq fi żmien erba' xhur li l-impjant jinħariġlu l-permess biex, jew …
---+5. Bħala alternattiva għall-kejl imsemmi fil-punti 1, 2 u 3(a), f'dak li jirrigwarda l-SO 2 …
---+6. Bħala alternattiva għall-kejl perjodiku msemmi fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu …
---+7. It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' sustanzi niġġiesa u l-kejl tal-parametri tal-proċessi, kif …
---+1. Fil-każ ta' kejl perjodiku, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom …
---+2. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin …
---+3. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi …

ANNESS III

ANNESS III

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Se jkun meħtieġ kejl perjodiku mill-inqas: — darba kull tliet snin għall-impjanti …

1.

Se jkun meħtieġ kejl perjodiku mill-inqas:

—

darba kull tliet snin għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'qawwa termika nominali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW,

—

darba fis-sena għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 20 MW.

2. Bħala alternattiva għal frekwenzi msemmija fil-punt 1, fil-każ ta' impjanti tal-kombustjoni …

2.

Bħala alternattiva għal frekwenzi msemmija fil-punt 1, fil-każ ta' impjanti tal-kombustjoni medji li huma soġġetti tal-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 6(8), jista' jkun meħtieġ kejl perjodiku mill-inqas kull darba li jkun għaddew in-numru ta' sigħat ta' tħaddim li ġejjin:

—

tliet darbiet in-numru medju massimu ta' sigħat ta' tħaddim annwali, applikabbli skont l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 6(8), għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'qawwa termika nominali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW,

—

in-numru medju massimu ta' sigħat ta' tħaddim annwali, applikabbli skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 6(8), għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 20 MW.

Fi kwalunkwe każ, il-frekwenza ta' kejl perjodiku ma għandhiex tkun inqas minn darba kull ħames snin.

3. Il-kejl għandu jkun meħtieġ biss għal: (a) sustanzi niġġiesa li għandhom valur limitu …

3.

Il-kejl għandu jkun meħtieġ biss għal:

(a)

sustanzi niġġiesa li għandhom valur limitu tal-emissjonijiet stipulat f'din id-Direttiva għall-impjant ikkonċernat;

(b)

CO għall-impjanti kollha.

4. L-ewwel kejl għandu jitwettaq fi żmien erba' xhur li l-impjant jinħariġlu l-permess biex, jew …

4.

L-ewwel kejl għandu jitwettaq fi żmien erba' xhur li l-impjant jinħariġlu l-permess biex, jew jiġi rreġistrat, l-impjant, jew d-data tal-bidu tat-tħaddim, skont liema tkun l-aktar tard.
5. Bħala alternattiva għall-kejl imsemmi fil-punti 1, 2 u 3(a), f'dak li jirrigwarda l-SO 2 …

5.

Bħala alternattiva għall-kejl imsemmi fil-punti 1, 2 u 3(a), f'dak li jirrigwarda l-SO2, jistgħu jintużaw proċeduri oħra li jkunu ġew ivverifikati u approvati mill-awtorità kompetenti biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-SO2.
6. Bħala alternattiva għall-kejl perjodiku msemmi fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu …

6.

Bħala alternattiva għall-kejl perjodiku msemmi fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kejl kontinwu.

Fil-każ ta' kejl kontinwu, is-sistemi ta' kejl awtomatizzati għandhom ikunu soġġetti għal verifika permezz ta' kejl parallel mal-metodi ta' referenza mill-inqas darba fis-sena u l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati ta' dawk il-verifiki.

7. It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' sustanzi niġġiesa u l-kejl tal-parametri tal-proċessi, kif …

7.

It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' sustanzi niġġiesa u l-kejl tal-parametri tal-proċessi, kif ukoll kull alternattiva li tintuża kif imsemmi fil-punti 5 u 6, għandhom ikunu bbażati fuq metodi li jippermettu riżultati affidabbli, rappreżentattivi u komparabbli. Il-metodi li jikkonformaw ma' standards EN armonizzati għandhom jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Waqt kull kejl, l-impjant għandu jkun qed jopera f'kundizzjonijiet stabbli ta' kapaċità kostanti rappreżentattiva. F'dan il-kuntest għandhom jiġu esklużi l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi.

PARTI 2

Valutazzjoni tal-konformità

1. Fil-każ ta' kejl perjodiku, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom …

1.

Fil-każ ta' kejl perjodiku, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jitqiesu bħala konformi jekk ir-riżultati ta' kull waħda mis-serje ta' kejl jew ta' proċeduri oħra definiti u determinati skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jaqbżux il-valur limitu tal-emissjonijiet rilevanti.
2. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin …

2.

Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 6 għandha tiġi evalwata kif stabbilit fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE.

Il-valuri medji kkonvalidati huma ddeterminati kif stabbilit fil-punti 9 u 10 tal-Parti 3 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE.

3. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi …

3.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 6(12) kif ukoll matul il-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.