+TAQSIMA 1 DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
TAQSIMA 1 DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
TAQSIMA 1 DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata (“CRS”), sa fejn ikun fiha prodotti ta’ trasport bl-ajru, meta offruti għal użu jew użati fil- Komunità.
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-prodotti tat-trasport ferrovjarju, li jkunu inkorporati flimkien mal-prodotti tat-trasport bl-ajru fil-viżwali ewlieni ta’ CRS meta offruti għall-użu jew użati fil-Komunità.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“prodott tat-trasport” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri bejn żewġ ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji;
2.
“servizzi skedati bl-ajru” tfisser serje ta’ titjiriet li jkollhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)
fuq kull titjira, postijiet u/jew kapaċità tat-trasport tal-merkanzija u/jew posta jkunu disponibbli għax-xiri individwali mill-pubbliku (kemm direttament mit-trasportatur bl-ajru u kemm mill-aġenti awtorizzati tiegħu);
(b)
tkun operata sabiex isservi traffiku bejn l-istess żewġ ajruporti jew aktar:
—
skond skeda pubblikata; jew
—
bit-titjiriet tant regolari jew spissi li jikkostitwixxu serje sistematika li tista’ tingħaraf;
3.
“nollijiet” tfisser il-prezzijiet li għandhom jitħallsu mill-passiġġieri lil trasportaturi bl-ajru, operaturi tat-trasport ferrovjarju, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta’ dawk il-passiġġieri permezz ta’ servizzi ta’ trasport u kwalunkwe kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;
4.
“sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata” jew “CRS” tfisser sistema kompjuterizzata li fiha tagħrif dwar, fost l-oħrajn, skedi, disponibbiltà u nollijiet, ta’ aktar minn trasportatur bl-ajru wieħed, bil-faċilitajiet jew mingħajrhom li jagħmlu riservazzjonijiet jew joħorġu biljetti, sa fejn uħud minn dawn is-servizzi jew dawn is-servizzi kollha jkunu disponibbli għall-abbonati;
5.
“bejjiegħ tas-sistema” tfisser kull entità u l-affiljati tagħha li tkun jew ikunu responsabbli għall-operazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ CRS;
6.
“faċilitajiet ta’ distribuzzjoni” tfisser il-faċilitajiet ipprovduti minn bejjiegħ ta’ sistema għall-forniment tat- tagħrif dwar skedi ta’ trasportaturi bl-ajru u ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, disponibbiltà, nollijiet u servizzi relatati u biex isiru r-riservazzjonijiet u/jew jinħarġu biljetti, u għal kwalunkwe servizzi relatati oħra;
7.
“trasportatur prinċipali” tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jikkontrolla, jew jipparteċipa fil-kapital bi drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll ta’ kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew ta’ operatur tat-trasport ferrovjarju li huwa jikkontrolla;
8.
“parteċipazzjoni fil-kapital bi drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema” tfisser investiment li miegħu huma marbuta drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema, u li jagħti l-possibilità li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jeżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tmexxija tan-negozju ta’ bejjiegħ ta’ sistema;
9.
“kontroll” tfisser relazzjoni magħmula minn jeddijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor li, separatament jew b’mod konġunt u li meta jitqiesu l-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi involuti, jagħtu l-possibilità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq xi impriża, b’mod partikolari permezz ta’:
(a)
s-sjieda jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta’ impriża, jew parti minnhom;
(b)
jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq l-għamla, l-votazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ xi impriża;
10.
“trasportatur parteċipant” tfisser trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu ftehim ma’ bejjiegħ tas-sistema għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-trasport permezz ta’ CRS;
11.
“abbonat” tfisser persuna jew impriża, ħlief trasportatur parteċipanti, li tuża CRS taħt kuntratt ma’ bejjiegħ tas-sistema bl-iskop li tagħmel riservazzjonijiet ta’ prodotti ta’ trasport bl-ajru u prodotti relatati f’isem xi klijent;
12.
“viżwal ewlieni” tfisser il-viżwal newtrali komprensiv ta’ data dwar servizzi tat-trasport bejn żewġt ibliet, f’perijodu ta’ żmien speċifiku;
13.
“biljett” tfisser dokument validu li jagħti dritt ta’ trasport, jew l-ekwivalenti f’forma mhux fuq il-karta, maħruġ jew awtorizzat mit-trasportatur bl-ajru, l-operatur tat-trasport ferrovjarju jew minn aġent awtorizzat;
14.
“prodotti miġbura” tfisser kumbinazzjonijiet prestabbiliti ta’ trasport flimkien ma’ servizzi oħra mhux anċillari għat-trasport u offruti bi prezz inklussiv;
15.
“tariffa tar-riservazzjoni” tfisser il-prezz li għandu jitħallas mit-trasportatur bl-ajru lill-bejjiegħa tas-sistema għas-servizzi provduti mis-CRS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0080
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|