|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“prodott tat-trasport” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri bejn żewġ ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji;
2.
“servizzi skedati bl-ajru” tfisser serje ta’ titjiriet li jkollhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)
fuq kull titjira, postijiet u/jew kapaċità tat-trasport tal-merkanzija u/jew posta jkunu disponibbli għax-xiri individwali mill-pubbliku (kemm direttament mit-trasportatur bl-ajru u kemm mill-aġenti awtorizzati tiegħu);
(b)
tkun operata sabiex isservi traffiku bejn l-istess żewġ ajruporti jew aktar:
—
skond skeda pubblikata; jew
—
bit-titjiriet tant regolari jew spissi li jikkostitwixxu serje sistematika li tista’ tingħaraf;
3.
“nollijiet” tfisser il-prezzijiet li għandhom jitħallsu mill-passiġġieri lil trasportaturi bl-ajru, operaturi tat-trasport ferrovjarju, l-aġenti tagħhom jew bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta’ dawk il-passiġġieri permezz ta’ servizzi ta’ trasport u kwalunkwe kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u servizzi awżiljarji oħra;
4.
“sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata” jew “CRS” tfisser sistema kompjuterizzata li fiha tagħrif dwar, fost l-oħrajn, skedi, disponibbiltà u nollijiet, ta’ aktar minn trasportatur bl-ajru wieħed, bil-faċilitajiet jew mingħajrhom li jagħmlu riservazzjonijiet jew joħorġu biljetti, sa fejn uħud minn dawn is-servizzi jew dawn is-servizzi kollha jkunu disponibbli għall-abbonati;
5.
“bejjiegħ tas-sistema” tfisser kull entità u l-affiljati tagħha li tkun jew ikunu responsabbli għall-operazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ CRS;
6.
“faċilitajiet ta’ distribuzzjoni” tfisser il-faċilitajiet ipprovduti minn bejjiegħ ta’ sistema għall-forniment tat- tagħrif dwar skedi ta’ trasportaturi bl-ajru u ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, disponibbiltà, nollijiet u servizzi relatati u biex isiru r-riservazzjonijiet u/jew jinħarġu biljetti, u għal kwalunkwe servizzi relatati oħra;
7.
“trasportatur prinċipali” tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jikkontrolla, jew jipparteċipa fil-kapital bi drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll ta’ kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew ta’ operatur tat-trasport ferrovjarju li huwa jikkontrolla;
8.
“parteċipazzjoni fil-kapital bi drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema” tfisser investiment li miegħu huma marbuta drittijiet jew rappreżentazzjoni fuq il-bord tad-diretturi, il-bord ta’ kontroll jew xi entità oħra ta’ tmexxija ta’ bejjiegħ tas-sistema, u li jagħti l-possibilità li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jeżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tmexxija tan-negozju ta’ bejjiegħ ta’ sistema;
9.
“kontroll” tfisser relazzjoni magħmula minn jeddijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor li, separatament jew b’mod konġunt u li meta jitqiesu l-konsiderazzjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi involuti, jagħtu l-possibilità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq xi impriża, b’mod partikolari permezz ta’:
(a)
s-sjieda jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta’ impriża, jew parti minnhom;
(b)
jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq l-għamla, l-votazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ xi impriża;
10.
“trasportatur parteċipant” tfisser trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu ftehim ma’ bejjiegħ tas-sistema għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-trasport permezz ta’ CRS;
11.
“abbonat” tfisser persuna jew impriża, ħlief trasportatur parteċipanti, li tuża CRS taħt kuntratt ma’ bejjiegħ tas-sistema bl-iskop li tagħmel riservazzjonijiet ta’ prodotti ta’ trasport bl-ajru u prodotti relatati f’isem xi klijent;
12.
“viżwal ewlieni” tfisser il-viżwal newtrali komprensiv ta’ data dwar servizzi tat-trasport bejn żewġt ibliet, f’perijodu ta’ żmien speċifiku;
13.
“biljett” tfisser dokument validu li jagħti dritt ta’ trasport, jew l-ekwivalenti f’forma mhux fuq il-karta, maħruġ jew awtorizzat mit-trasportatur bl-ajru, l-operatur tat-trasport ferrovjarju jew minn aġent awtorizzat;
14.
“prodotti miġbura” tfisser kumbinazzjonijiet prestabbiliti ta’ trasport flimkien ma’ servizzi oħra mhux anċillari għat-trasport u offruti bi prezz inklussiv;
15.
“tariffa tar-riservazzjoni” tfisser il-prezz li għandu jitħallas mit-trasportatur bl-ajru lill-bejjiegħa tas-sistema għas-servizzi provduti mis-CRS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|