+Artikolu 5 Viżwal
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Viżwal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi viżwal jew viżwali ewlenin għal kull tranżazzjoni individwali permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fih id-data pprovduta minn trasportaturi parteċipanti b’mod newtrali u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi. Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m’għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma’ l-identità ta’ trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja għat-trasportaturi parteċipanti kollha. Il-viżwal jew viżwali ewlenin m’għandhomx jiżgwidaw lill-utent, għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u għandhom iħarsu r-regoli stipulati fl-Anness I.
Artikolu 5 2.
Fil-każ ta’ tagħrif provdut minn CRS lill-konsumatur, l-abbonat għandu juża viżwal newtrali skond il-paragrafu 1 ħlief jekk viżwal ieħor ikun meħtieġ biex jissodisfa l-preferenza indikata minn xi konsumatur.
Artikolu 5 3.
Titjiriet operati minn trasportaturi bl-ajru soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar skond ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera ( 1 ) għandhom ikunu identifikati b’mod ċar u speċifiku fil-viżwal.
Artikolu 5 4.
Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jintroduċi simbolu speċifiku fil-viżwal tas-CRS li għandu jkun identifikat mill-utenti għal skopijiet ta’ tagħrif dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) 2111/2005.
Artikolu 5 5.
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal CRS użat minn trasportatur bl-ajru, jew operatur tat-trasport ferrovjarju, jew grupp ta’ trasportaturi bl-ajru, jew ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, fl-uffiċċju jew l-uffiċċji tagħhom stess u fil-punti tal-bejgħ jew fil-websajts tagħhom stess identifikati b’mod ċar bħala tali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0080
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.