+Artikolu 10 Regoli speċifiċi għat-trasportaturi prinċpali
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10 Regoli speċifiċi għat-trasportaturi prinċpali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
It-trasportatur prinċipali ma għandux, suġġett għar-reċiproċità hekk kif imsemmija fil-paragrafu 2, jiddiskrimina kontra CRS kompetitur billi jirrifjuta li jipprovdi lil dan ta’ l-aħħar, fuq talba u bl-istess prontezza, l-istess data dwar skedi, nollijiet u disponibbiltà dwar il-prodotti tiegħu tat-trasport bħal dawk li dan jipprovdi lis-CRS tiegħu, jew li jiddistribwixxi l-prodotti tat-trasport tiegħu permezz ta’ CRS ieħor, jew billi jirrifjuta li jaċċetta jew jikkonferma bl-istess prontezza riservazzjoni magħmula permezz ta’ CRS kompetitur għal xi wieħed mill-prodotti tat-trasport tiegħu li jkun distribwit permezz tas-CRS tiegħu. It-trasportatur prinċipali għandu jkun obbligat li jaċċetta u li jikkonferma biss dawk il-riservazzjonijiet li jkunu konformi man-nollijiet u kundizzjonijiet tiegħu.
|
|
Artikolu 10 2.
|
CRS li jikkompeti ma għandux jirrifjuta li jżomm data rigward skedi, nollijiet u postijiet disponibbli fir-rigward tas-servizzi tat-trasport offruti minn trasportatur prinċipali u għandu jdaħħal u jipproċessa d-data bl-istess attenzjoni u prontezza bħal dik mogħtija lill-klijenti u lill-abbonati l-oħra tagħhom għal kull wieħed mis-swieq, soġġett biss għal-limitazzjonijiet tal-metodu ta’ dħul magħżul minn trasportaturi parteċipanti individwali.
|
|
Artikolu 10 3.
|
It-trasportatur prinċipali m’għandux ikun obbligat li jaċċetta xi spejjeż f’dan ir-rigward minbarra dawk għal riproduzzjoni tad-data li għandha tingħata u għall-riservazzjonijiet aċċettati. It-tariffa tar-riservazzjoni pagabbli lil CRS għal riservazzjoni aċċettata magħmula skont il-paragrafu 1 għandha tkun konformi mat-tariffa mitluba mill-istess CRS lil trasportaturi parteċipanti oħra għal tranżazzjonijiet ekwivalenti.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Trasportatur prinċipali m’għandux, la direttament u lanqas indirettament, jiddiskrimina favur is-CRS tiegħu stess billi jorbot l-użu ta’ xi CRS speċifika minn abbonat ma’ l-akkwist ta’ xi senserija jew inċentiv jew disinċentiv ieħor għall-bejgħ ta’ prodotti tat-trasport tiegħu.
|
|
Artikolu 10 5.
|
It-trasportatur prinċipali m’għandux, la direttament u lanqas indirettament, jiddiskrimina favur is-CRS tiegħu stess billi jeħtieġ l-użu ta’ xi CRS speċifika minn abbonat għal bejgħ jew ħruġ ta’ biljetti għal kwalunkwe prodott tat-trasport fornut kemm direttament jew indirettament minnu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0080
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|