+Artikolu 31

Artikolu 31

Artikolu 31

L-Artikolu 27, il-punti 4 u 5 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punti A 2 u B 3 (format oriżżontali)

Kummissjonijiet li għandhom jiġu riċevuti u kummissjonijiet li għandhom jitħallsu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, kummissjonijiet li għandhom jiġu riċevuti għandhom jinkludu dħul fir-rigward tas-servizzi fornuti lill-partijiet terzi, u kummissjonijiet li għandhom jitħallsu għandhom jinkludu piżijiet għal servizzi magħtija minn partijiet terzi, b’mod partikolari

— kummissjonijiet għal garanziji, amministrazzjoni ta’ self f’isem oħrajn li jissellfu u transazzjonijiet ta’titoli f’isem partijiet terzi,

— kummissjonijiet u piżijiet u dħul ieħor fir-rigward ta’ transazzjonijiet ta’ ħlas, piżijiet dwar amministrazzjoni tal-kont u kummissjonijiet għall-kustodju u l-amministrazzjoni ta’ titoli,

— kummissjonijiet għal transazzjonijiet ta’ munita barranija u għal bejgħ u x-xiri ta’ muniti u metalli prezzjużi f’isem partijiet terzi,

— piżijiet ta’ kummissjonijiet għal servizzi ta’ senserija inkonnessjoni ma’ kuntratti ta’ tfaddil u assigurazzjoni.

L-Artikolu 32

L-Artikolu 27, il-punt 6 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punt A 3 jew il-punt B4 (format orizzontali)

Qligħ nett u telf nett minn transazzjonijiet finanzjarji.

Dan il-punt ikopri:

1. il-qligħ jew it-telf nett fuq transazzjonijiet f’titoli li mhumiex miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss flimkien ma’ aġġustamenti tal-valur u riaġġustamenti tal-valur fuq dawn it-titoli, billi jittieħed akkont, meta l-Artikolu 36(2) ikun ġie applikat, tad-differenza li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu; madanakollu, f’dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 37, dan il-qligħ jew it-telf nett u l-aġġustamenti ta’ valur u r-riaġġustamenti ta’ valur għandhom jiġu inklużi biss sal-limitu li għalih jirrelataw għal titoli inklużi f’ portfolio tal-kummerċ;

2. il-qligħ u t-telf nett fuq attivitajiet ta’ skambju, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 29, il-punt 3;

3. il-qligħ u t-telf nett fuq operazzjonijiet oħrajn ta’ xiri u bejgħ li jinvolvu strumenti finanzjarji, inklużi metalli prezzjużi.

L-Artikolu 33

L-Artikolu 27, il-punti 11 u 12 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punti A 7 u B 5 (format orizzontali)

Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ self u avvanzi u dispożizzjonijiet għal passiv kontinġenti u għal rbit.

Ri-aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ self u avvanzi u dispożizzjonijiet għal passiv kontinġenti u għal rbit.

1.  Dawn id-dettalji għandhom jinkludu, min-naħa waħda, piżijiet għal aġġustamenti ta’ valur fir-rigward ta’ self u avvanzi li għandhom jintwerew taħt il-punti 3 u 4 ta’ l-Attiv u dispożizzjonijiet għal passiv kontinġenti u għal rbit li għandhom jintwerew taħt il-punti 1 u 2 barra l-BalanceSheet, min-naħa l-oħra, krediti mill-irkupru ta’ self maqtugħ u avvanzi u ammonti miktuba lura wara aġġustamenti fil-valur u dispożizzjonijiet minn qabel.

2.  F’dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 27, dan il-punt għandu wkoll jinkludi il-qligħ jew it-telf nett fuq transazzjonijiet f’titoli inklużi fil-punti 5 u 6 ta’ l-Attiv li la huma miżmuma bħala Attiv finanzjarju fissi kif definit fl-Artikolu 35(2) u lanqas inklużi f’ portfolio tal-kummerċ, flimkien ma’ aġġustamenti tal-valur u riaġġustamenti tal-valur fuq dawk it-titoli billi jittieħed kont, meta l-Artikolu 36(2) jkun ġie applikat, tad-differenza li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu. In-nomenklatura ta’ dan il-punt għandha tiġi addattata kif jeħtieġ.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-piżijiet u d-dħul kopert b’dawn il-punti li jitqiegħdu b’kumpens kontra xulxin, hekk li jidher biss punt nett (dħul jew piż).

4.  Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ self u avvanzi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, lil klijenti, lil intrapriżi li magħhom tkun marbuta istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ interessi parteċipanti u lil intrapriżi affiljati għandhom jintwerew separatament fin-noti dwar il-kontijiet meta dawn ikunu materjali. Din id-dispożizzjoni m’hemmx għalfejn tiġi applikata jekk Stat Membru jippermetti kumpens skond il-paragrafu 3.

L-Artikolu 34

L-Artikolu 27, il-punti 13 u 14 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punti A 8 u B 5 (format orizzontali)

Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ titoli trasferibbli miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss, interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati

Ri-aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ titoli trasferibbli miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss, interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati.

1.  Dawn il-punti għandhom jinkludu, min-naħa l-waħda, piżijiet għal aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ attiv murija fil-punti 5 sa 8 ta’ l-Attiv u, min-naħa l-oħra, l-ammonti kollha miktuba lura wara aġġustamenti tal-valur aktar kmieni, sal-limiti li l-piżijiet u d-dħul jirrelataw għal titoli trasferibbli miżmuma bħala attiv fissi finanzjarji kif definit fl-Artikolu 35(2), interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-piżijiet u d-dħul kopert b’dawn il-punti li jiġu mqiegħda b’kumpens kontra xulxin, hekk li biss il-punt nett (dħul jew piż) jidher.

3.  Aġġustament tal-valur fir-rigward ta’ dawn is-sigurtajiet trasferibbli, interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati għandhom jidhru separatament fin-noti dwar il-kontijiet meta huma materjali. Din id-dispożizzjoni m’hemmx għalfejn tiġi applikata jekk Stat Membru jippermetti l-kumpens skond il-paragrafu 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.09.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:31986L0635
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.