+SECTION 6 SPECIAL PROVISIONS RELATING TO CERTAIN ITEMS IN THE PROFIT AND LOSS ACCOUNT
---+Artikolu 29
---+Artikolu 30
---+Artikolu 31
---+Article 32
---+Article 33
------+Article 33 1.
------+Article 33 2.
------+Article 33 3.
------+Article 33 4.
---+Article 34
------+Article 34 1.
------+Article 34 2.
------+Article 34 3.

SECTION 6 SPECIAL PROVISIONS RELATING TO CERTAIN ITEMS IN THE PROFIT AND LOSS ACCOUNT

SECTION 6 SPECIAL PROVISIONS RELATING TO CERTAIN ITEMS IN THE PROFIT AND LOSS ACCOUNT

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29

Artikolu 29

L-Artikolu 27, il-punti 1 u 2 (format wieqaf)

L-Artikolu 28, il-punti A 1 u B 1 (format oriżżontali)

Imgħax riċevut u dħul simili u imgħax pagabbli u piżijiet simili.

Dawn il-punti għandhom jinkludu il-qligħ u t-telf kollu li joriġina minn attvitajiet bankarji, inklużi:

(1) id-dħul kollu minn attiv iskritt taħt il-punti 1 sa 5 ta’ l-Attiv fil-BalanceSheet, independentement minn kif ikkalkulat. Dan id-dħul għandu wkoll jinkludi dħul li joriġina mit-tixrid fuq bażi ta’ żmien ta’ l-iskont fuq attiv akkwistat f’ammont taħt, u passiv ikkontrattat fuq ammont ‘il fuq, mis-somma pagabbli mal-maturità;

(2) il-piżijiet kollha li joriġinaw minn passiv iskritti taħt il-punti 1, 2, 3 u 8 tal-Passiv, independentement minn kif ikkalkolati. Dawn il-piżijiet għandhom wkoll jinkludu piżijiet li joriġinaw mit-tixrid fuq bażi ta’ żmien ta’ laġġju fuq attiv akkwistat f’ammont “il fuq” u passiv ikkontrattat fuq ammont taħt, is-somma pagabbli mal-maturità;

(3) id-dħul u piżijiet li jirriżultaw minn kuntratti bil-quddiem koperti, imxerrda ma tul iż-żmien attwali tal-kuntratt u simili fin-natura għall-imgħax;

(4) ħlasijiet u kummissjoni simili in natura għall-imgħax u kkalkolati fuq bażi ta’ żmien jew b’referenza għall-ammont ta’ pretensjoni jew passiv.

Artikolu 30

Artikolu 30

L-Artikolu 27, il-punt 3 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punt B 2 (format oriżżontali)

Dħul minn ishma u titoli oħra ta’ dħul varjabbli, minn interessi parteċipanti, u minn ishma f’intrapriżi affiljati

Dan il-punt għandu jinkludi id-dividend u d-dħul l-ieħor kollu minn titoli ta’ dħul varjabbli, minn interessi parteċipanti u minn ishma f’intrapriżi affiljati. Id-dħul minn ishma f’kumpanniji ta’ investiment għandu wkoll jiġi nkluż taħt dan il-punt.

Artikolu 31

Artikolu 31

L-Artikolu 27, il-punti 4 u 5 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punti A 2 u B 3 (format oriżżontali)

Kummissjonijiet li għandhom jiġu riċevuti u kummissjonijiet li għandhom jitħallsu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, kummissjonijiet li għandhom jiġu riċevuti għandhom jinkludu dħul fir-rigward tas-servizzi fornuti lill-partijiet terzi, u kummissjonijiet li għandhom jitħallsu għandhom jinkludu piżijiet għal servizzi magħtija minn partijiet terzi, b’mod partikolari

— kummissjonijiet għal garanziji, amministrazzjoni ta’ self f’isem oħrajn li jissellfu u transazzjonijiet ta’titoli f’isem partijiet terzi,

— kummissjonijiet u piżijiet u dħul ieħor fir-rigward ta’ transazzjonijiet ta’ ħlas, piżijiet dwar amministrazzjoni tal-kont u kummissjonijiet għall-kustodju u l-amministrazzjoni ta’ titoli,

— kummissjonijiet għal transazzjonijiet ta’ munita barranija u għal bejgħ u x-xiri ta’ muniti u metalli prezzjużi f’isem partijiet terzi,

— piżijiet ta’ kummissjonijiet għal servizzi ta’ senserija inkonnessjoni ma’ kuntratti ta’ tfaddil u assigurazzjoni.

L-Artikolu 32

L-Artikolu 27, il-punt 6 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punt A 3 jew il-punt B4 (format orizzontali)

Qligħ nett u telf nett minn transazzjonijiet finanzjarji.

Dan il-punt ikopri:

1. il-qligħ jew it-telf nett fuq transazzjonijiet f’titoli li mhumiex miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss flimkien ma’ aġġustamenti tal-valur u riaġġustamenti tal-valur fuq dawn it-titoli, billi jittieħed akkont, meta l-Artikolu 36(2) ikun ġie applikat, tad-differenza li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu; madanakollu, f’dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 37, dan il-qligħ jew it-telf nett u l-aġġustamenti ta’ valur u r-riaġġustamenti ta’ valur għandhom jiġu inklużi biss sal-limitu li għalih jirrelataw għal titoli inklużi f’ portfolio tal-kummerċ;

2. il-qligħ u t-telf nett fuq attivitajiet ta’ skambju, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 29, il-punt 3;

3. il-qligħ u t-telf nett fuq operazzjonijiet oħrajn ta’ xiri u bejgħ li jinvolvu strumenti finanzjarji, inklużi metalli prezzjużi.

L-Artikolu 33

L-Artikolu 27, il-punti 11 u 12 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punti A 7 u B 5 (format orizzontali)

Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ self u avvanzi u dispożizzjonijiet għal passiv kontinġenti u għal rbit.

Ri-aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ self u avvanzi u dispożizzjonijiet għal passiv kontinġenti u għal rbit.

1.  Dawn id-dettalji għandhom jinkludu, min-naħa waħda, piżijiet għal aġġustamenti ta’ valur fir-rigward ta’ self u avvanzi li għandhom jintwerew taħt il-punti 3 u 4 ta’ l-Attiv u dispożizzjonijiet għal passiv kontinġenti u għal rbit li għandhom jintwerew taħt il-punti 1 u 2 barra l-BalanceSheet, min-naħa l-oħra, krediti mill-irkupru ta’ self maqtugħ u avvanzi u ammonti miktuba lura wara aġġustamenti fil-valur u dispożizzjonijiet minn qabel.

2.  F’dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla prevista fl-Artikolu 27, dan il-punt għandu wkoll jinkludi il-qligħ jew it-telf nett fuq transazzjonijiet f’titoli inklużi fil-punti 5 u 6 ta’ l-Attiv li la huma miżmuma bħala Attiv finanzjarju fissi kif definit fl-Artikolu 35(2) u lanqas inklużi f’ portfolio tal-kummerċ, flimkien ma’ aġġustamenti tal-valur u riaġġustamenti tal-valur fuq dawk it-titoli billi jittieħed kont, meta l-Artikolu 36(2) jkun ġie applikat, tad-differenza li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu. In-nomenklatura ta’ dan il-punt għandha tiġi addattata kif jeħtieġ.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-piżijiet u d-dħul kopert b’dawn il-punti li jitqiegħdu b’kumpens kontra xulxin, hekk li jidher biss punt nett (dħul jew piż).

4.  Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ self u avvanzi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, lil klijenti, lil intrapriżi li magħhom tkun marbuta istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ interessi parteċipanti u lil intrapriżi affiljati għandhom jintwerew separatament fin-noti dwar il-kontijiet meta dawn ikunu materjali. Din id-dispożizzjoni m’hemmx għalfejn tiġi applikata jekk Stat Membru jippermetti kumpens skond il-paragrafu 3.

L-Artikolu 34

L-Artikolu 27, il-punti 13 u 14 (format vertikali)

L-Artikolu 28, il-punti A 8 u B 5 (format orizzontali)

Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ titoli trasferibbli miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss, interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati

Ri-aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ titoli trasferibbli miżmuma bħala attiv finanzjarju fiss, interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati.

1.  Dawn il-punti għandhom jinkludu, min-naħa l-waħda, piżijiet għal aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ attiv murija fil-punti 5 sa 8 ta’ l-Attiv u, min-naħa l-oħra, l-ammonti kollha miktuba lura wara aġġustamenti tal-valur aktar kmieni, sal-limiti li l-piżijiet u d-dħul jirrelataw għal titoli trasferibbli miżmuma bħala attiv fissi finanzjarji kif definit fl-Artikolu 35(2), interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-piżijiet u d-dħul kopert b’dawn il-punti li jiġu mqiegħda b’kumpens kontra xulxin, hekk li biss il-punt nett (dħul jew piż) jidher.

3.  Aġġustament tal-valur fir-rigward ta’ dawn is-sigurtajiet trasferibbli, interessi parteċipanti u ishma f’intrapriżi affiljati għandhom jidhru separatament fin-noti dwar il-kontijiet meta huma materjali. Din id-dispożizzjoni m’hemmx għalfejn tiġi applikata jekk Stat Membru jippermetti l-kumpens skond il-paragrafu 2.

Article 32

Article 32

Article 27, item 6 (vertical layout)

Article 28, item A 3 or item B 4 (horizontal layout)

Net profit or net loss on financial operations.

This item covers:

1. 

the net profit or loss on transactions in securities which are not held as financial fixed assets together with value adjustments and value re-adjustments on such securities, taking into account, where Article 36 (2) has been applied, the difference resulting from application of that article; however, in those Member States which exercise the option provided for in Article 37, these net profits or losses and value adjustments and value re-adjustments shall be included only in so far as they relate to securities included in a trading portfolio;

2. 

the net profit or loss on exchange activities, without prejudice to Article 29, point 3;

3. 

the net profits and losses on other buying and selling operations involving financial instruments, including precious metals.

Article 33

Article 27, items 11 and 12 (vertical layout)

Article 28, items A 7 and B 5 (horizontal layout)

Value adjustments in respect of loans and advances and provisions for contingent liabilities and for commitments

Value re-adjustments in respect of loans and advances and provisions for contingent liabilities and for commitments.

Article 34

Article 27, items 13 and 14 (vertical layout)

Article 28, items A 8 and B 5 (horizontal layout)

Value adjustments in respect of transferable securities held as financial fixed assets, participating interests and shares in affiliated undertakings

Value re-adjustments in respect of transferable securities held as financial fixed assets, participating interests and shares in affiliated undertakings.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.09.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:31986L0635
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.