+3. Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa …

3. Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa …

3.

Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa l-istruttura tat-tqassim tal-ħidma tal-Programm (l-Istruttura Ġerarkika tad-Dekompożizzjoni tal-Attività u tal-Proġetti marbuta mad-Dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina). L-ewwel livell ta’ dik l-istruttura hu magħmul minn dawn is-sitt punti:

(a)

P.0 “Organizzazzjoni tal-attività tal-intrapriża”;

(b)

P.1 “Tħejjija għad-dekummissjonar”;

(c)

P.2 “Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-restawr tas-sit”;

(d)

P.3 “Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat”;

(e)

P.4 “Ġestjoni tal-Iskart”;

(f)

P.5 “Programm post-operazzjoni”.

Il-punt p. 0 “Organizzazzjoni tal-attività tal-intrapriża” jkopri l-ġestjoni tal-intrapriża, il-garanzija tas-sorveljanza u tal-kwalità, il-monitoraġġ tar-radjazzjoni u ekoloġiku, is-sigurtà fiżika, konsulenza tal-inġinerija u appoġġ legali għall-attivitajiet tal-intrapriża u komunikazzjoni pubblika.

Il-punt p. 1 “Tħejjija għad-dekummissjonar” ikopri l-għoti ta’ kundizzjonijiet preliminari għad-dekummissjonar (bħall-inventarju tat-tagħmir u l-karatterizzazzjoni radjoloġika), il-modifika tal-infrastruttura, l-installazzjoni tat-tagħmir u l-kostruzzjoni tal-faċilitajiet, l-iżolament tas-sistemi u tat-tagħmir, u d-dekontaminazzjoni tas-sistemi, tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-proċess.

Il-punt p. 2 “Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-restawr tas-sit” ikopri ż-żarmar tar-reatturi, iż-żarmar u tas-sistemi/tagħmir tal-proċess u l-pretrattament tal-iskart, it-twaqqigħ tal-faċilitajiet, u r-restawr tas-sit.

Il-punt p. 3 “Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat” ikopri l-ġestjoni u l-ħżin ta’ fjuwil nukleari użat.

Il-punt p. 4 “Ġestjoni tal-Iskart” ikopri l-kundizzjonament tat-trattament, il-ħżin u r-rimi ta’ skart radjuattiv baxx ħafna, baxx u ta’ livell intermedju, li jirriżulta mill-attivitajiet operazzjonali u ta’ dekummissjonar.

Il-punt p. 5 “Programm post-operazzjoni” jkopri l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet, ir-riżorsi tal-enerġija, il-provvista tal-ilma, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0101
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.