+ANNESS I
---+1. L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni …
---+2. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi …
---+3. Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa …
---+4. L-isfidi ta’ sikurezza ewlenin għall-perijodu ta’ finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ …
---+5. Għaldaqstant, meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma pluriennali, il-Kummissjoni …
---+6. L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet li ttieħdu fir-rigward tal-proċess ta’ …
---+7. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …

ANNESS I

ANNESS I

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni …

1.

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni tad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Ignalina, b’enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi ta’ sikurezza fir-rigward tiegħu. Wara li tlestiet it-tneħħija tal-assemblaġġi tal-fjuwil użat mill-bini tar-reatturi, l-isfidi ta’ sikurezza ewlenin li jmiss li jridu jiġu indirizzati fil-Programm huma ż-żarmar tal-partijiet ċentrali tar-reatturi u l-ġestjoni sikura kontinwa tad-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret.

2. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi …

2.

Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi fil-pjan ta’ dekummissjonar imressaq mil-Litwanja skont ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni taż-żoni ta’ fuq u tal-qiegħ tax-xaftijiet tar-reatturi u t-tagħmir f’konformità mal-pjan ta’ dekummissjonar. Il-progress li jsir fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ materjal imneħħi kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;

(b)

id-disinn għaż-żarmar u d-dekontaminazzjoni taż-żoni ċentrali tax-xaftijiet tar-reatturi (il-qalba tal-grafit). Il-progress li jsir fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz tal-valur iggwadanjat. Dan l-għan għandu jinkiseb qabel l-2027, meta ser jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet rilevanti biex jitwettqu ż-żarmar u d-dekontaminazzjoni attwali li huma skedati li jsiru wara l-2027;

(c)

il-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-skart li ntiret sal-ħżin temporanju jew sar-rimi (skont il-kategoriji tal-iskart), inkluża t-tlestija tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart fejn meħtieġa. Dan l-għan għandu jintlaħaq f’konformità mal-pjan ta’ dekummissjonar. Il-progress li jsir fuq dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur, kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;

(d)

l-implimentazzjoni tal-programm ta’ twaqqigħ tal-bini. Il-progress li jsir fuq dan l-objettiv għandu jitkejjel mill-kwantità ta’ bini mwaqqa’ kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;

(e)

il-kisba tal-liċenzja tad-dekummissjonar ladarba l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jitneħħielhom il-fjuwil;

(f)

it-tnaqqis tar-riskji radjoloġiċi. Il-progress li sar fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz tal-valutazzjonijiet ta’ sikurezza tal-attivitajiet u tal-faċilità, li jidentifikaw modi li bihom jistgħu jseħħu esponimenti potenzjali u li jistmaw il-probabbiltajiet u d-daqs ta’ esponimenti potenzjali.

3. Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa …

3.

Il-pjan ta’ dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina stabbilixxa l-istruttura tat-tqassim tal-ħidma tal-Programm (l-Istruttura Ġerarkika tad-Dekompożizzjoni tal-Attività u tal-Proġetti marbuta mad-Dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina). L-ewwel livell ta’ dik l-istruttura hu magħmul minn dawn is-sitt punti:

(a)

P.0 “Organizzazzjoni tal-attività tal-intrapriża”;

(b)

P.1 “Tħejjija għad-dekummissjonar”;

(c)

P.2 “Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-restawr tas-sit”;

(d)

P.3 “Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat”;

(e)

P.4 “Ġestjoni tal-Iskart”;

(f)

P.5 “Programm post-operazzjoni”.

Il-punt p. 0 “Organizzazzjoni tal-attività tal-intrapriża” jkopri l-ġestjoni tal-intrapriża, il-garanzija tas-sorveljanza u tal-kwalità, il-monitoraġġ tar-radjazzjoni u ekoloġiku, is-sigurtà fiżika, konsulenza tal-inġinerija u appoġġ legali għall-attivitajiet tal-intrapriża u komunikazzjoni pubblika.

Il-punt p. 1 “Tħejjija għad-dekummissjonar” ikopri l-għoti ta’ kundizzjonijiet preliminari għad-dekummissjonar (bħall-inventarju tat-tagħmir u l-karatterizzazzjoni radjoloġika), il-modifika tal-infrastruttura, l-installazzjoni tat-tagħmir u l-kostruzzjoni tal-faċilitajiet, l-iżolament tas-sistemi u tat-tagħmir, u d-dekontaminazzjoni tas-sistemi, tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-proċess.

Il-punt p. 2 “Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-restawr tas-sit” ikopri ż-żarmar tar-reatturi, iż-żarmar u tas-sistemi/tagħmir tal-proċess u l-pretrattament tal-iskart, it-twaqqigħ tal-faċilitajiet, u r-restawr tas-sit.

Il-punt p. 3 “Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat” ikopri l-ġestjoni u l-ħżin ta’ fjuwil nukleari użat.

Il-punt p. 4 “Ġestjoni tal-Iskart” ikopri l-kundizzjonament tat-trattament, il-ħżin u r-rimi ta’ skart radjuattiv baxx ħafna, baxx u ta’ livell intermedju, li jirriżulta mill-attivitajiet operazzjonali u ta’ dekummissjonar.

Il-punt p. 5 “Programm post-operazzjoni” jkopri l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet, ir-riżorsi tal-enerġija, il-provvista tal-ilma, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma.

4. L-isfidi ta’ sikurezza ewlenin għall-perijodu ta’ finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ …

4.

L-isfidi ta’ sikurezza ewlenin għall-perijodu ta’ finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 huma indirizzati permezz tal-attivitajiet skont il-punti p. 1, p. 2 u p. 4. B’mod partikolari, iż-żarmar tal-qlub tar-reatturi huwa kopert bil-punt p. 2. Sfidi inqas importanti huma ttrattati skont il-punt p. 3, filwaqt li l-punti p. 0 u p. 5 ikopru l-attivitajiet ta’ appoġġ għad-dekummissjonar.

5. Għaldaqstant, meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma pluriennali, il-Kummissjoni …

5.

Għaldaqstant, meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma pluriennali, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Litwanja ser tikkunsidra t-tqassim tal-ammonti disponibbli skont il-prijoritajiet identifikati fit-Tabella 1, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.

Tabella 1

#

Punt

Prijorità

P.0

Organizzazzjoni ta’ attività tal-intrapriża

II

P.1

Tħejjija għad-dekummissjonar

I

P.2

Żarmar/twaqqigħ tal-faċilità u r-restawr tas-sit

I

P.3

Ġestjoni ta’ Fjuwil Nukleari Użat

II

P.4

Ġestjoni tal-iskart

I

P.5

Programm post-operazzjoni

III

6. L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet li ttieħdu fir-rigward tal-proċess ta’ …

6.

L-għarfien u l-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet li ttieħdu fir-rigward tal-proċess ta’ dekummissjonar għandhom jiġu disseminati fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, biex b’hekk jissaħħaħ il-valur miżjud tal-UE tal-Programm. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:

—

l-iżvilupp ta’ rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni, inkluż dawk mibdija mill-Istati Membri;

—

id-dokumentazzjoni tal-għarfien espliċitu u d-disponibbiltà ta’ dan l-għarfien permezz ta’ trasferimenti multilaterali ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, l-aħjar prattiki maniġerjali, u l-isfidi teknoloġiċi u l-proċessi ta’ dekummissjonar kemm fil-livell operazzjonali kif ukoll dak organizzazzjonali, bil-ħsieb li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-UE.

Dawn l-attivitajiet huma ffinanzjati mill-Unjoni b’rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Il-progress li sar fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet għandu jiġi rrappurtat mill-JRC u mkejjel abbażi tal-indikaturi speċifikati fil-programm ta’ ħidma pluriennali tiegħu.

7. Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom …

7.

Ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond u t-tħejjija tagħhom huwa eskluż mill-pakkett finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0101
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.