|
1.
|
L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa li jwettaq id-dekummissjonar tal-installazzjonijiet tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC, jiġifieri JRC-Geel fil-Belġju, JRC-Karlsruhe fil-Ġermanja, JRC-Ispra fl-Italja u JRC-Petten fin-Netherlands, u li jiġġestixxi b’mod sikur il-fjuwil użat, il-materjal nukleari u l-iskart radjuattiv. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur miżjud tal-UE ta’ dak il-programm billi jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta’ dekummissjonar (b’hekk iġġenerat) lill-Istati Membri kollha. Il-perijodu finanzjarju li jibda fl-2021, il-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC għandu jikseb dan li ġej:
|
1.1.
|
Fis-siti kollha:
|
(a)
|
jiġġestjonaw b’mod sikur l-iskart radjuattiv, il-materjal nukleari u l-fjuwil użat;
|
|
(b)
|
jesploraw u jiżviluppaw opzjonijiet għat-trasferiment tar-responsabbiltà ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart lill-Istat Membru ospitanti, abbażi tal-ftehim bilaterali reċiproku konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru ospitanti;
|
|
(c)
|
jiżviluppaw rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjini (eż. Stati Membri, awtoritajiet tas-sikurezza, u servizzi pubbliċi u operaturi tad-dekummissjonar);
|
|
(d)
|
jiddokumentaw l-għarfien espliċitu u jagħmluh disponibbli permezz ta’ trasferimenti multilaterali tal-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, l-aħjar prattiki maniġerjali, u l-isfidi teknoloġiċi u l-proċessi ta’ dekummissjonar kemm fil-livell operazzjonali kif ukoll dak organizzazzjonali, bil-ħsieb li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.
|
|
|
1.2.
|
Fis-sit JRC-Ispra (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Taljani), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
il-ġbir, it-trattament u l-ħżin sikur tal-iskart storiku;
|
|
(b)
|
il-ġbir, it-trattament u l-ħżin sikur ta’ materjal nukleari u ta’ fjuwil użat;
|
|
(c)
|
id-dekummissjonar ta’ faċilitajiet li ngħalqu.
|
|
|
1.3.
|
Fis-sit JRC-Karlsruhe (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Ġermaniżi), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
id-dekummissjonar ta’ tagħmir skadut;
|
|
(b)
|
minimizzazzjoni tal-inventorju tal-iskart radjuattiv, il-materjal nukleari u l-fjuwil użat;
|
|
(c)
|
id-dekummissjonar ta’ faċilitajiet li ngħalqu u l-ħżin tal-iskart radjuattiv assoċjat;
|
|
(d)
|
il-fażijiet ta’ tħejjija tad-dekummissjonar ta’ partijiet mill-bini.
|
|
|
1.4.
|
Fis-sit JRC-Petten (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Netherlandiżi), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
minimizzazzjoni tal-inventorju tal-iskart radjuattiv, il-materjal nukleari u l-fjuwil użat;
|
|
(b)
|
il-ġbir, it-trattament u l-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv storiku;
|
|
(c)
|
il-fażijiet ta’ tħejjija tad-dekummissjonar tar-reattur ta’ fluss għoli;
|
|
(d)
|
id-dekummissjonar tal-faċilitajiet tar-reattur ta’ fluss għoli u l-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv assoċjat.
|
|
|
1.5.
|
Fis-sit JRC-Geel (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Belġjani), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
id-dekummissjonar ta’ tagħmir skadut;
|
|
(b)
|
minimizzazzjoni tal-inventorju tal-iskart radjuattiv u l-materjal nukleari;
|
|
(c)
|
il-fażijiet ta’ tħejjija tad-dekummissjonar ta’ partijiet mill-bini.
|
|
Il-progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur, skont il-kwantità u t-tip ta’ materjal nukleari u ta’ fjuwil użat maħżuna jew mormija b’mod sikur u skont il-kwantità u t-tip ta’ materjali mneħħija, kif xieraq. Il-progress tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC għandu jitkejjel b’mod ġenerali skont ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta’ mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inkluż, kif xieraq, l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat.
|