+ANNESS III
---+1. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa li …
---+2. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa …
---+3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond huwa inkluż …
|
ANNESS III
ANNESS III
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa li …
|
|
1.
|
L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa li jwettaq id-dekummissjonar tal-installazzjonijiet tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC, jiġifieri JRC-Geel fil-Belġju, JRC-Karlsruhe fil-Ġermanja, JRC-Ispra fl-Italja u JRC-Petten fin-Netherlands, u li jiġġestixxi b’mod sikur il-fjuwil użat, il-materjal nukleari u l-iskart radjuattiv. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur miżjud tal-UE ta’ dak il-programm billi jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tal-għarfien dwar il-proċess ta’ dekummissjonar (b’hekk iġġenerat) lill-Istati Membri kollha. Il-perijodu finanzjarju li jibda fl-2021, il-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC għandu jikseb dan li ġej:
|
1.1.
|
Fis-siti kollha:
|
(a)
|
jiġġestjonaw b’mod sikur l-iskart radjuattiv, il-materjal nukleari u l-fjuwil użat;
|
|
(b)
|
jesploraw u jiżviluppaw opzjonijiet għat-trasferiment tar-responsabbiltà ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart lill-Istat Membru ospitanti, abbażi tal-ftehim bilaterali reċiproku konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru ospitanti;
|
|
(c)
|
jiżviluppaw rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjini (eż. Stati Membri, awtoritajiet tas-sikurezza, u servizzi pubbliċi u operaturi tad-dekummissjonar);
|
|
(d)
|
jiddokumentaw l-għarfien espliċitu u jagħmluh disponibbli permezz ta’ trasferimenti multilaterali tal-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, l-aħjar prattiki maniġerjali, u l-isfidi teknoloġiċi u l-proċessi ta’ dekummissjonar kemm fil-livell operazzjonali kif ukoll dak organizzazzjonali, bil-ħsieb li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.
|
|
|
1.2.
|
Fis-sit JRC-Ispra (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Taljani), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
il-ġbir, it-trattament u l-ħżin sikur tal-iskart storiku;
|
|
(b)
|
il-ġbir, it-trattament u l-ħżin sikur ta’ materjal nukleari u ta’ fjuwil użat;
|
|
(c)
|
id-dekummissjonar ta’ faċilitajiet li ngħalqu.
|
|
|
1.3.
|
Fis-sit JRC-Karlsruhe (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Ġermaniżi), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
id-dekummissjonar ta’ tagħmir skadut;
|
|
(b)
|
minimizzazzjoni tal-inventorju tal-iskart radjuattiv, il-materjal nukleari u l-fjuwil użat;
|
|
(c)
|
id-dekummissjonar ta’ faċilitajiet li ngħalqu u l-ħżin tal-iskart radjuattiv assoċjat;
|
|
(d)
|
il-fażijiet ta’ tħejjija tad-dekummissjonar ta’ partijiet mill-bini.
|
|
|
1.4.
|
Fis-sit JRC-Petten (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Netherlandiżi), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
minimizzazzjoni tal-inventorju tal-iskart radjuattiv, il-materjal nukleari u l-fjuwil użat;
|
|
(b)
|
il-ġbir, it-trattament u l-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv storiku;
|
|
(c)
|
il-fażijiet ta’ tħejjija tad-dekummissjonar tar-reattur ta’ fluss għoli;
|
|
(d)
|
id-dekummissjonar tal-faċilitajiet tar-reattur ta’ fluss għoli u l-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv assoċjat.
|
|
|
1.5.
|
Fis-sit JRC-Geel (skont ir-rilaxx tal-awtorizzazzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet tas-sikurezza Belġjani), skont il-liġi nazzjonali:
|
(a)
|
id-dekummissjonar ta’ tagħmir skadut;
|
|
(b)
|
minimizzazzjoni tal-inventorju tal-iskart radjuattiv u l-materjal nukleari;
|
|
(c)
|
il-fażijiet ta’ tħejjija tad-dekummissjonar ta’ partijiet mill-bini.
|
|
Il-progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur, skont il-kwantità u t-tip ta’ materjal nukleari u ta’ fjuwil użat maħżuna jew mormija b’mod sikur u skont il-kwantità u t-tip ta’ materjali mneħħija, kif xieraq. Il-progress tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC għandu jitkejjel b’mod ġenerali skont ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta’ mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inkluż, kif xieraq, l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat.
|
|
|
2. L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa …
|
|
2.
|
L-objettiv ġenerali tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC huwa kumplementat bil-għan li jissaħħaħ il-valur miżjud tal-UE ta’ dak il-programm billi jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tal-għarfien (b’hekk iġġenerat) lill-Istati Membri kollha. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC għandu jikseb dan li ġej:
|
2.1.
|
jiżviluppa rabtiet u skambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni (eż. Stati Membri, awtoritajiet tas-sikurezza, u servizzi pubbliċi u operaturi tad-dekummissjonar);
|
|
2.2.
|
jiddokumenta l-għarfien espliċitu u jagħmlu disponibbli permezz ta’ trasferimenti multilaterali ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, l-aħjar prattiki maniġerjali, u l-isfidi teknoloġiċi u l-proċessi ta’ dekummissjonar kemm fil-livell operazzjonali kif ukoll dak organizzazzjonali, bil-ħsieb li jiġu żviluppati sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.
|
Il-progress magħmul fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont l-għadd ta’ prodotti ta’ għarfien maħluqa u l-vastita tagħhom.
|
|
|
3. Ir-rimi tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond huwa inkluż …
|
|
3.
|
Ir-rimi tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond huwa inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ dekummissjonar u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-JRC, kif meħtieġ mid-Direttiva 2011/70/Euratom.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0100
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|