5. Il-korp tas-settur pubbliku, il-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun ingħata d-dritt għall-użu mill-ġdid tad-data skont il-Kapitolu II, il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom jinfurmaw lid-detentur tad-data dwar l-eżistenza ta’ talba ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz biex ikollu aċċess għad-data tagħhom qabel ma jikkonformaw ma’ dik it-talba, ħlief fejn it-talba taqdi skopijiet ta’ infurzar tal-liġi u sakemm dan ikun meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività tal-attività tal-infurzar tal-liġi.