+ANNESS VI LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI TAL-FORESTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 12(2) U 12(3)
|
ANNESS VI LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI TAL-FORESTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 12(2) U 12(3)
ANNESS VI
LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI TAL-FORESTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 12(2) U 12(3)
|
Indikatur
|
Deskrizzjoni, unitajiet, u metodoloġija għad-determinazzjoni u l-monitoraġġ tal-indikatur
|
|
Injam mejjet wieqaf
|
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur juri l-ammont ta’ bijomassa tal-injam wieqaf mhux ħaj fil-foresti u f’art imsaġġra oħra.
Unità: m3/ettaru.
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forestry Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010, u filwaqt li titqies il-metodoloġija kif stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.
|
|
Injam mejjet mal-art
|
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur juri l-ammont ta’ bijomassa tal-injam mhux ħaj li jinsab mal-art fil-foresti u f’art imsaġġra oħra.
Unità: m3/ettaru.
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forestry Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010, u filwaqt li titqies il-metodoloġija kif stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.
|
|
Is-sehem tal-foresti bi struttura ta’ maturazzjoni mhux uniformi
|
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jirreferi għas-sehem tal-foresti disponibbli għall-provvista tal-injam (FAWS) bi struttura ta’ maturazzjoni mhux uniformi fil-foresti meta mqabbla ma’ struttura b’età uniformi fil-foresti.
Unità: Perċentwal ta’ FAWS bi struttura ta’ maturazzjoni mhux uniformi.
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010.
|
|
Il-konnettività tal-foresti
|
Deskrizzjoni: Il-konnettività tal-foresti hija l-grad ta’ kompattezza taż-żoni koperti mill-foresti. Hija ddefinita fil-firxa ta’ 0 sa 100.
Unità: Indiċi.
Metodoloġija: kif żviluppata mill-FAO, Vogt P., et al., FAO – State of the World’s Forests: Forest Fragmentation, Rapport Tekniku tal-JRC, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2019.
|
|
Indiċi tal-għasafar komuni tal-foresti
|
Deskrizzjoni: L-indikatur tal-għasafar tal-foresti jiddeskrivi x-xejriet fl-abbundanza ta’ għasafar komuni tal-foresti fil-firxiet Ewropej tagħhom maż-żmien. Huwa indiċi kompost maħluq minn data ta’ osservazzjoni tal-ispeċi tal-għasafar karatteristiċi għall-ħabitats tal-foresti fl-Ewropa. L-indiċi huwa bbażat fuq lista speċifika ta’ speċi f’kull Stat Membru.
Unità: Indiċi.
Metodoloġija: Brlík et al. Bidliet fil-popolazzjoni tal-għasafar komuni Ewropej tat-tnissil fuq medda twila ta’ żmien u fuq skala kbira li jsegwu s-sett ta’ data ta’ diversi speċi, Sci Data 8, 21. 2021.
|
|
Ħażna ta’ karbonju organiku
|
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jiddeskrivi l-ħażna tal-karbonju organiku fil-mifrex u fil-ħamrija minerali fi profondità ta’ 0 sa 30 cm fl-ekosistemi tal-foresti.
Unità: Tunnellati ta’ karbonju organiku/ettaru.
Metodoloġija: kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u kif appoġġat mill-Istħarriġ qafas dwar l-Użu tal-Art u ż-Żona ta’ Kopertura (LUCAS) Soil, Jones A. et al., LUCAS Soil 2022, Rapport tekniku tal-JRC, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021.
|
|
Sehem ta’ foresti ddominati minn speċi ta’ siġar indiġeni
|
Deskrizzjoni: Is-sehem tal-foresti u ta’ art imsaġġra oħra ddominati minn (kopertura ta’ >50 %) speċi ta’ siġar indiġeni
Unità: Perċentwal
Metodoloġija: kif żviluppata u użata minn FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010.
|
|
Diversità tal-ispeċi tas-siġar
|
Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jiddeskrivi l-għadd medju ta’ speċi ta’ siġar li jinsabu f’żoni forestali
Unità: Indiċi
Metodoloġija: Ibbażata fuq FOREST EUROPE, State of Europe’s Forests 2020, FOREST EUROPE 2020, u fid-deskrizzjoni tal-inventarji nazzjonali tal-foresti f’Tomppo E. et al., National Forest Inventories, Pathways for Common Reporting, Springer, 2010.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1991
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|