+Artikolu 14 Kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, l-awtoritajiet kompetenti u l-Europol
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6

Artikolu 14 Kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, l-awtoritajiet kompetenti u l-Europol

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni, jikkoordinaw u jikkooperaw ma’ xulxin u, fejn xieraq, mal-Europol, fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ tneħħija, partikularment biex jevitaw id-duplikazzjoni ta’ sforzi, itejbu l-koordinazzjoni u jevitaw l-interferenza f’investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti.

Artikolu 14 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni, jikkoordinaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 12(1) fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi meħuda taħt l-Artikolu 5 u penali imposti taħt l-Artikolu 18. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 12(1) ikollhom fil-pussess tagħhom l-informazzjoni kollha rilevanti.

Artikolu 14 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprevedu mezzi jew mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni adatti u siguri biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi skambjata b’mod f’waqtu.

Artikolu 14 4

4.   Għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament kif ukoll biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ sforzi, l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting jistgħu jużaw għodod dedikati, inklużi dawk stabbiliti mill-Europol, biex jiffaċilitaw b’mod partikolari:

(a)

l-ipproċessar u l-feedback relatati ma’ ordnijiet ta’ tneħħija taħt l-Artikolu 3; u

(b)

il-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati u implimentati miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5.

Artikolu 14 5

5.   Fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting isiru jafu b’kontenut terroristiku li jinvolvi theddida imminenti għall-ħajja, huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali fl-Istati Membri kkonċernati. Fejn ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-Istati Membri kkonċernati, il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jinnotifikaw lill-punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 12(2) fl-Istat Membru fejn ikollhom l-istabbiliment prinċipali tagħhom jew fejn ir-rappreżentant legali tagħhom jirrisjedi jew ikun stabbilit, u jibagħtu informazzjoni dwar dak il-kontenut terroristiku lill-Europol għal segwitu xieraq.

Artikolu 14 6

6.   L-awtoritajiet kompetenti huma mħeġġa jibagħtu kopji tal-ordnijiet ta’ tneħħija lill-Europol biex b’hekk din tkun tista’ tipprovdi rapport annwali li jinkludi analiżi tat-tipi ta’ kontenut terroristiku soġġett għal ordni biex jitneħħa jew biex l-aċċess għalih jiġi diżattivat skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.