+Artikolu 2 (7)

Artikolu 2 (7)

“kontenut terroristiku” tfisser wieħed jew aktar mit-tipi li ġejjin ta’ materjal, jiġifieri materjal li:

(a)

jinstiga t-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, fejn tali materjal, direttament jew indirettament, bħal permezz tal-glorifikazzjoni ta’ atti terroristiċi, jiddifendi t-twettiq ta’ reati terroristiċi, u b’hekk jikkawża l-periklu li xi wieħed jew aktar minn tali reati jitwettqu;

(b)

jissolleċita persuna jew grupp ta’ persuni biex iwettqu, jew jikkontribwixxu għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(c)

jissolleċita persuna jew grupp ta’ persuni biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(d)

jagħti istruzzjoni dwar il-produzzjoni jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew ta’ sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jingħata kontribut għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati terroristiċi msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(e)

jikkostitwixxi theddida ta’ twettiq ta’ wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.