+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“fornitur ta’ servizzi ta’ hosting” tfisser fornitur ta’ servizzi kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), li jikkonsistu mill-ħżin ta’ informazzjoni pprovduta minn, u fuq talba ta’, fornitur ta’ kontenut;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“fornitur ta’ kontenut” tfisser utent li pprovda informazzjoni li tkun, jew li kienet, maħżuna u disseminata lill-pubbliku minn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“disseminazzjoni lill-pubbliku” tfisser attività li tagħmel informazzjoni disponibbli, fuq talba ta’ fornitur ta’ kontenut, lil numru potenzjalment illimitat ta’ persuni;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“offerta ta’ servizzi fl-Unjoni” tfisser il-possibbiltà mogħtija lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar li jużaw is-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jkollu konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru jew ma’ dawk l-Istati Membri;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“konnessjoni sostanzjali” tfisser il-konnessjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma’ Stat Membru wieħed jew aktar li tirriżulta jew mill-istabbiliment tiegħu fl-Unjoni jew minn kriterji fattwali speċifiċi, bħal:
|
(a)
|
meta jkollu għadd sinifikanti ta’ utenti tas-servizzi tiegħu fi Stat Membru wieħed jew aktar; jew
|
|
(b)
|
meta jimmira l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar;
|
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“reati terroristiċi” tfisser reati kif definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/541;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“kontenut terroristiku” tfisser wieħed jew aktar mit-tipi li ġejjin ta’ materjal, jiġifieri materjal li:
|
(a)
|
jinstiga t-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, fejn tali materjal, direttament jew indirettament, bħal permezz tal-glorifikazzjoni ta’ atti terroristiċi, jiddifendi t-twettiq ta’ reati terroristiċi, u b’hekk jikkawża l-periklu li xi wieħed jew aktar minn tali reati jitwettqu;
|
|
(b)
|
jissolleċita persuna jew grupp ta’ persuni biex iwettqu, jew jikkontribwixxu għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;
|
|
(c)
|
jissolleċita persuna jew grupp ta’ persuni biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/541;
|
|
(d)
|
jagħti istruzzjoni dwar il-produzzjoni jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew ta’ sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jingħata kontribut għat-twettiq ta’, wieħed mir-reati terroristiċi msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;
|
|
(e)
|
jikkostitwixxi theddida ta’ twettiq ta’ wieħed mir-reati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;
|
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“termini u kondizzjonijiet” tfisser it-termini, kondizzjonijiet u klawżoli kollha, irrispettivament mill-isem jew mill-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u l-utenti tiegħu;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“stabbiliment prinċipali” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|