+Artikolu 3 4

Artikolu 3 4

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness I. L-ordnijiet ta’ tneħħija għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

dettalji ta’ identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija u awtentikazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija minn dik l-awtorità kompetenti;

(b)

dikjarazzjoni suffiċjentement dettaljata tar-raġunijiet li tispjega għaliex il-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku, u referenza għat-tip rilevanti ta’ materjal imsemmi fil-punt (7) tal-Artikolu 2;

(c)

lokatur uniformi tar-riżorsi (URL, uniform resource locator) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali għall-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku;

(d)

referenza għal dan ir-Regolament bħala l-bażi ġuridika għall-ordni ta’ tneħħija;

(e)

id-data, it-timbru tal-ħin u l-firma elettronika tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija;

(f)

informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u għall-fornitur ta’ kontenut, inkluża informazzjoni dwar ir-rimedju mill-awtorità kompetenti, dwar azzjoni quddiem qorti, kif ukoll dwar l-iskadenzi għal appell;

(g)

fejn ikun neċessarju u proporzjonat, id-deċiżjoni, taħt l-Artikolu 11(3), li ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta’, jew diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut terroristiku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.