+Artikolu 3 Ordnijiet ta’ tneħħija
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9
|
Artikolu 3 Ordnijiet ta’ tneħħija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ordni ta’ tneħħija li tirrikjedi lill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku fl-Istati Membri kollha.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx ħarġet preċedentement ordni ta’ tneħħija lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, hija għandha tipprovdi lil dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting informazzjoni dwar il-proċeduri applikabbli u l-iskadenzi applikabbli, tal-inqas 12-il siegħa qabel ma toħroġ l-ordni ta’ tneħħija.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika f’każijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku fl-Istati Membri kollha mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien siegħa minn meta jirċievu l-ordni ta’ tneħħija.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness I. L-ordnijiet ta’ tneħħija għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
dettalji ta’ identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija u awtentikazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija minn dik l-awtorità kompetenti;
|
|
(b)
|
dikjarazzjoni suffiċjentement dettaljata tar-raġunijiet li tispjega għaliex il-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku, u referenza għat-tip rilevanti ta’ materjal imsemmi fil-punt (7) tal-Artikolu 2;
|
|
(c)
|
lokatur uniformi tar-riżorsi (URL, uniform resource locator) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali għall-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku;
|
|
(d)
|
referenza għal dan ir-Regolament bħala l-bażi ġuridika għall-ordni ta’ tneħħija;
|
|
(e)
|
id-data, it-timbru tal-ħin u l-firma elettronika tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta’ tneħħija;
|
|
(f)
|
informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u għall-fornitur ta’ kontenut, inkluża informazzjoni dwar ir-rimedju mill-awtorità kompetenti, dwar azzjoni quddiem qorti, kif ukoll dwar l-iskadenzi għal appell;
|
|
(g)
|
fejn ikun neċessarju u proporzjonat, id-deċiżjoni, taħt l-Artikolu 11(3), li ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta’, jew diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut terroristiku.
|
|
|
Artikolu 3 5
|
5. L-awtorità kompetenti għandha tindirizza l-ordni ta’ tneħħija lill-istabbiliment prinċipali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jew lir-rappreżentant legali tiegħu maħtur skont l-Artikolu 17.
Dik l-awtorità kompetenti għandha tibgħat l-ordni ta’ tneħħija lill-punt ta’ kuntatt imsemmi fl-Artikolu 15(1) b’mezz elettroniku li jkun kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-awtentikazzjoni tal-mittent, inkluża l-akkuratezza tad-data u l-ħin meta ntbagħtet u meta tasal l-ordni.
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità kompetenti, billi juża l-mudell li jinsab fl-Anness II, dwar it-tneħħija tal-kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut terroristiku fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jindika, b’mod partikolari, il-ħin ta’ dik it-tneħħija jew ta’ dik id-diżattivazzjoni.
|
|
Artikolu 3 7
|
7. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ordni ta’ tneħħija għal raġunijiet ta’ force majeure jew ta’ impossibbiltà de facto li ma jkunux attribwibbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, inkluż għal raġunijiet tekniċi jew operazzjonali oġġettivament ġustifikabbli, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija dwar dawk ir-raġunijiet, billi juża l-mudell li jinsab fl-Anness III.
L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3 għandha tibda tiddekorri hekk kif ir-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma jkunux jeżistu iżjed.
|
|
Artikolu 3 8
|
8. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ordni ta’ tneħħija minħabba li jkun hemm fiha żbalji evidenti jew ma jkunx hemm fiha biżżejjed informazzjoni biex tiġi eżegwita, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija u jitlob il-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell li jinsab fl-Anness III.
L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3 għandha tibda tiddekorri hekk kif il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun irċieva l-kjarifika meħtieġa.
|
|
Artikolu 3 9
|
9. Ordni ta’ tneħħija għandha ssir finali malli tiskadi l-iskadenza għal appell fejn ma jkun ġie mressaq ebda appell skont il-liġi nazzjonali jew malli tiġi kkonfermata wara appell.
Malli l-ordni ta’ tneħħija ssir finali, l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ tneħħija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit b’dak il-fatt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|