3. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jiżguraw li l-kontenut terroristiku u d-data relatata ppreservati skont il-paragrafu 1 ikunu soġġetti għal salvagwardji tekniċi u organizzattivi adatti.
Dawk is-salvagwardji tekniċi u organizzattivi għandhom jiżguraw li l-kontenut terroristiku u d-data relatata ppreservati jiġu biss aċċessati u proċessati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u għandhom jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tad-data personali kkonċernata. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jirrevedu u jaġġornaw dawk is-salvagwardji fejn meħtieġ.