2. Kull fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu mingħajr dewmien jeżamina l-ilmenti kollha li jirċievi permezz tal-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1 u jirreintegra l-kontenut jew jirriattiva l-aċċess għalih, mingħajr dewmien żejjed, fejn it-tneħħija tiegħu jew diżattivazzjoni tal-aċċess għalih ma kinitx ġustifikata. Huwa għandu jinforma lill-ilmentatur bl-eżitu tal-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih.
Fejn l-ilment jiġi miċħud, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jipprovdi lill-ilmentatur bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tieghu.
Ir-reintegrazzjoni tal-kontenut jew ir-riattivazzjoni tal-aċċess għalihma għandhomx jipprekludu proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jew tal-awtorità kompetenti.