2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tispeċifika l-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, imsemmija fir-Regolament 1/58 (15) li bihom jista’ jiġi indirizzat il-punt ta’ kuntatt u li bihom għandhom isiru skambji ulterjuri rigward ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 3. Fost dawk il-lingwi għandu jkun hemm tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit.