|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva: (a) “PCBs” ifissru: — polychlorinated biphenyls, — polychlorinated terphenyls, — Monomethyl-tetrachlorodiphenyl methane, Monomethyl-dichloro-diphenyl methane, Monomethyl-dibromo-diphenyl methane, — kull taħlita li jkun fiha xi sustanza msemmija hawn fuq f'total ta' iktar minn 0,005 % fil-piż; (b) “apparat li jkun fih il-PCBs” ifisser kull apparat li jkun fih il-PCBs jew li kellhu l-PCBs (per eżempju, transformers, akkumulaturi ta' l-elettriku , reċipjenti li jkun fihom ħażniet milli jkun fadal) li ma’ jkunux ġew immnaddfa mill-kontaminazzjoni. Apparat ta' tip li jista’ jkollu l-PCBs għandhu jiġi trattat daqs li kieku jkollu l-PCBs sakemm ma’ jkunx hemm raġuni għalfejn ma’ tassumiex bil-maqlub; (ċ) “PCBs” użati jfissru kull PCBs li huma skart skond it-tifsira tad-Direttiva Nru 75/442/KEE; (d) “sid” ifisser il-persuna naturali jew legali li għandha fil-pussess tagħha l-PCBs, PCBs użati, u/jew apparat li fih il-PCBs; (e) “tneħħija ta’ kontaminazzjoni” tfisser kull operazzjoni li tiffaċilita sabiex apparat, oġġetti, materjali jew fluwidi kontaminati bil-PCBs jerġgħu jiġu wżati, riċiklati jew mormijja b'kundizzjonijiet siguri, u li jistgħu jinkudu tibdil, jiġifieri kull operazzjoni fejn il-PCBs jiġu mibdula bi fluwidi xierqa li ma’ jkollhomx il-PCBs; (f) “rimi” jfisser operazzjonijiet D 8, D 9, D 10, D 12 (f’ħażna sigura, fonda u ta' taħt l-art biss f'formazzjonijiet ta' blat niexef u għall-apparat li jkun fih il-PCBs u PCBs użati li ma’ jistgħux jitneħħilhom il-kontaminazzjoni biss) u D 15 provduta fl-Anness II A tad-Direttiva 75/442/KEE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|