|
+Artikolu 4 |
Artikolu 4Artikolu 4 1. Sabiex jiġi mħares l-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inventarji jiġbru fihom apparat bil-volumi tal-PCB ta' iktar minn 5 dm3, u għandhom jibgħatu sommarji ta' dawn l-inventarji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tlett snin mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta' akkumulaturi ta' l-elettriku tal-voltaġġ, il-limitu ta' 5 dm3 għandha tiġi mifhumha li tinkludi l-elementi separati kollha ta' set kombinat. 2. Dak l-apparat li għalih tajjeb li tassumi li l-fluwidi jkun fihom bejn 0,05 % u 0,005 % f'piż ta' PCBs jistgħu jiġu inklużi f'inventarju mingħajr l-informazzjoni mitluba fit-tielet u r-raba’ punti tal-paragrafu 3, u jistgħu jiġu ttikkettjati bħala “PCBs kontaminati < 0,05 %”. Għandhom jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni jew mormija skond l-Artikolu 9(2). 3. L-inventarji għandhom jikkonsistu minn dan li ġej: — l-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien, — il-lokalità u deskrizzjoni tal-apparat, — il-kwantità ta' PCBs li jkun jinsab fl-apparat, — id-dati u t-tipi ta' trattament jew bdil magħmul jew proġettat, — id-dati tad-dikjarazzjonijiet. Jekk Stat Membru jkun diġa għamel inventarju simili, ma’ jkunx hemm bżonn ta' wieħed ġdid. L-inventarji għandhom ikunu aġġornati regolarment. 4. Sabiex ikunu konformi mall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġ sabiex jiżguraw li s-sidien ta' dan l-apparat jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-kwantitajiet li huma għandhom u b'kull bidla f'dan ir-rispett. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li kull apparat li huwa suġġett għall-inventarju skond il-paragrafu 1 huwa ittikkettjat. Tikketta simili għandha tiġi mwaħħla wkoll mal-bibien tal-fond fejn jinsab dan l-apparat. 6. Impriżi tar-rimi tal-PCBs għandhom iżommu reġistri tal-kwantità, oriġini, natura u kontenut tal-PCB tal-PCBs użati li huma jirċievu. Għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-reġistri jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet lokali u mill-pubbliku. L-impriżi ukoll joħorġu irċevuti lis-sidien li jqassmu PCBs użati li jispeċifikaw in-natura u l-kwantità li jkun hemm. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-kwantitajiet li ġew notifikati bihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|