|
+Artikolu 9 |
Artikolu 9Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li transformers li jkun fihom aktar minn 0,05 % f'piż tal-PCBs jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) l-għan tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni għandu jkun li jnaqqas il-livel tal-PCBs għal iktar minn 0,05 % f'piż u, jekk hu possibbli, għal mhux aktar minn 0,005 % f'piż; (b) il-fluwidu li ma’ jkollux PCBs li jitpoġġa minflok għandhu jkollu riskji ħafna anqas; (ċ) il-fluwidu li jitpoġġa minflok m'għandux jikkomprometti r-rimi susegwit tal-PCBs; (d) l-ittikkettjar tat-transformer wara li titneħħilu l-kontaminazzjoni għandu jiġi mibdul bl-ittikkettjar speċifikat f'dan l-Anness. 2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li transformers li fluwidi ta' ġewwa fihom huwa ta' bejn 0,05 % u 0,005 % f'piż tal-PCBs huma jew imneħħija mill-kontaminazzjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 (b) sa (d) jew mormija meta tispiċċalhom il-ħajja ta' l-użu tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|