+Artikolu 11 Reviżjoni u rappurtaġġ
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
|
Artikolu 11 Reviżjoni u rappurtaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill rapport dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Dan ir-rapport għandu partikolarment jassessja l-ħtieġa għal aktar azzjonijiet mill-Komunità dwar il-ħsejjes ambjentali u, jekk xieraq, jipproponi strateġiji ta' l-implementazzjoni dwar aspetti bħal ma huma:
(a)
miri ta' termini fit-tul u termini medji għat-tnaqqis tan-numru ta' persuni li jkunu affetwati ħażin mill- ħsejjes ambjentali, billi partikolarment jittieħed akkont tal-klimi differenti u tal-kulturi differenti;
(b)
miżuri addizzjonali għat-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali li jkunu emissi minn sorsi speċifiċi, partikolarment fit-tgħamir tal-beraħ, il-meżżi u l-infrastruttura tat-trasport u ċerti kategoriji ta' attività industrijali, jkomplu jibnu fuq dawk il-miżuri diġa implementati jew waqt id-diskussjoni għall-adottazzjoni;
(ċ)
il-protezzjoni ta' żoni kwieti fil-kampanja miftuħa.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Ir-rapport għandu jinkludi reviżjoni tal-kwalità akustika ambjentali fil-Komunità li tkun ibbażata fuq l- informazzjoni riferita fl-Artikolu 10 u għandu jieħu akkont tal-progress xjentifiku u tekniku u ta' xi informazzjoni relevanti oħra. It-tnaqqis ta' l-effetti ta' ħsara u r-relattività ta' l-effettività ta' l-ispiża għandhom ikunu l-kriterja ewlenija fil-għażla ta' l-istrateġija u l-miżuri proposti.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet l-ewwel sett ta' mappep strateġiċi tal-ħsejjes, din għandha tikkunsidra:
—
il-possibbilità għal għoli ta' 1,5 metri ta' kejl fl-Anness I, il-paragrafu 1, fir-rigward ta' żoni li jkollhom djar b'sular wieħed,
—
il-limitu l-aktar baxx għall-kalkolazzjoni tan-numru ta' persuni esposti għal medded differenti ta' Ljal u Llejl fl-Anness VI.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Ir-rapport għandu jkun rivedut darba kull ħames snin jew aktar ta' spiss jekk ikun xieraq. Dan għandu jkun fih studju dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Ir-rapport għandu, jekk xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għall-emendi ta' din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0049
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|