|
+L-ANNESS I INDIKATURI TAL-ĦSEJJES |
L-ANNESS I INDIKATURI TAL-ĦSEJJES
L-ANNESS I INDIKATURI TAL-ĦSEJJES imsemmija fl-Artikolu 5 1. Definizzjoni tal-livell jum(day)-fil-għaxija(evening)-lejl(night) Ljal(Lden) Il-livell jum(day)-fil-għaxija(evening)-lejl(night) Ljal(Lden) f’deċibali (dB) huwa definit b’din il-formula li ġejja: li fiha:
—
Ljum hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mogħbbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata ma tul il-perijodi kollha tal-jum ta’ sena,
—
L-għaxija hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mogħbbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata ma tul il-perijodi kollha ta’ l-għaxijiet ta’ sena,
—
Llejl hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mogħbbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata ma tul il-perijodi kollha ta’ lejn ta’ sena;
li fiha:
—
jum huwa 12 il-siegħa, il-għaxija hija erba siegħat u l-lejn huwa tmien sighat. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-perijodu ta’ fil-għaxija b’siegha waħda jew tnejn u jtawwlu l-perijodu tal-jum u/jew tal-lejl kif xieraq, basta li din l-għażla tkun l-istess għas-sorsi kollha u li dawn jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar xi differenza sistematika mil-għażla kontumaċja,
—
il-bidu tal-jum (u konsegwentament il-bidu ta’ l-għaxija u l-bidu tal-lejl) għandhom ikunu magħżula mill-Istat Membru (dik l-għażla għandha tkun l-istess għall-ħsejjes mis-sorsi kollha); il-valuri tal-kontumaċja huma 07.00 sal 19.00, 19.00 sal 23.00 u 23.00 sal 07.00 ħin lokali,
—
sena hija s-sena relevanti fir-rigward ta’ l-emissjoni tal-ħsejjes u sena medja fir-rigward taċ-ċirkostanzi meteroloġiċi;
u li fiha:
—
il-ħoss inċidentali huwa meqjus, li jfisser li l-ebda akkont m’għandu jittieħed tal-ħoss li jkun rifless mal-façade ta’ bini fil-konsiderazzjoni (bħala regola ġenerali, dan jimplika korezzjoni ta’ 3 dB fil-każ ta’ kejl).
Il-għoli tal-punt assessjat Ljal għandu jiddependi mill-applikazzjoni:
—
fil-każ ta’ kompjutazzjoni għall-iskop tal-immappjar strateġiku tal-ħsejjes b’relazzjoni ma l-espożizzjoni tal- ħsejjes fi u qrib bini, il-punti ta’ l-assessjar għandhom ikunu 4,0 ± 0,2 m (3,8 sa 4,2 m) ‘l fuq mill-art u fil- façade l-aktar esposta; għal dan l-iskop, il- façade l-aktar esposta għandha tkun il-ħajt estern li jħares lejn u
—
l-eqreb lejn sorsi speċifika tal-ħoss; għal skopijiet l-oħrajn, għażliet oħrajn jistgħu jsiru, - fil-każ ta’ kejl għall-iskop tal-immappjar strateġiku tal-ħsejjes b’relazzjoni ma l-espożizzjoni tal-ħsejjes fuq u qrib bini għoli ieħor jista jkun magħżul, imma dan qatt ma jista jkun anqas minn 1,5 m ‘l fuq mill-art, u r- riżultati għandhom ikunu kkorreġuti bi qbil ma l-għoli ekwivalenti ta’ 4 m,
—
għal skopijiet oħrajn bħal ma huwa l-ippjanar akustiku għal żonar tal-ħsejjes, għoli ieħor jista jkun magħżul, imma dawn m’għandhom qatt ikunu anqas minn 1,5 m ‘l fuq mill-art, per eżempju għal:
—
żoni rurali bi djar ta’ sular wieħed,
—
id-disinn tal-miżuri lokali intiżi biex inaqqsu l-impatt tal-ħsejjes fuq bini speċifiku,
—
l-immappjar dettaljat tal-ħsejjes ta’ żona limitata, li juri l-esposizzjoni għall-ħsejjes ta’ bini individwali.
2. Definizzjoni ta’ l-idikatur tal-ħsejjes ta’ matul il-lejl L-indikatur tal-ħsejjes ta’ ma tul il-lejl Llejl hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mgħobbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata matul il-perjodi kollha ta’ lejn ta’ sena; li fiha:
—
il-lejl huwa tmien sieghat kif definit fil-paragrafu 1,
—
is-sena hija s-sena relevanti fir-rigward ta’ l-emissjoni tal-ħsejjes u sena medja fir-rigward taċ-ċirkostanzi meteroloġiċi, kif definit fil-paragrafu 1,
—
il-ħoss inċidentali huwa meqjus, kif stabbilit fil-paragrafu 1,
—
il-punt ta’ l-assessjar huwa l-istess bħal Ljal.
3. Indikaturi supplementari tal-ħsejjes F’uħud mill-każi, b’żieda ma Ljal u Llejl, u meta xieraq Ljum u Lgħaxija, jista jkun vantaġġuż li jintużaw indikaturi speċjali tal-ħoss u valuri limitanti relatati. Xi eżempji huma mogħtija hawn taħt:
—
is-sors tal-ħoss li jkun kunsidrat jopera biss għal proporzjon żgħir taż-żmien (per eżempju, għal anqas minn20 % taż-żmien matul it-total ta’ perijodi tal-jum f’sena waħda, it-total ta’ perjodu ta’ l-għaxijiet f’sena waħda, jew it-total ta’ perijodi ta’ ljieli f’sena waħda),
—
in-numru medju ta’ l-avvenimenti ta’ ħsejjes matul perijodu wieħed jew aktar ikun ferm baxx (per eżempju, anqas minn avveniment wieħed tal-ħsejjes kull siegħa; avveniment tal-ħoss jista jkun definit bħala ħoss li jdum anqas minn ħames minuti; eżempji huma l-ħoss minn ferrovija li tkun għaddeja jew ajruplan li jkun għaddej),
—
il-frekwenza baxxa tal-kontenut tal-ħoss tkun qawwija,
—
Lamax, jew SEL (livell ta’ l-esposizzjoni għall-ħoss) għall-protezzjoni tal-perijodu ta’ lejl fil-każ ta’ qċaċet tal-ħoss,
—
protezzjoni addizzjonali matul tmiem il-ġimgha jew parti speċifika tas-sena,
—
protezzjoni addizzjonali matul il-perijodu tal-jum,
—
protezzjoni addizzjonali matul il-perijodu ta’ l-għaxija,
—
l-aggruppar ta’ ħsejjes minn sorsi differenti,
—
żoni kwieti fil-kampanja miftuħa,
—
il-ħoss ikun fih komponenti qawwija ta’ tonalità,
—
il-ħoss ikollu ta’ karattru impulsiv.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|