|
+L-ANNESS V ĦTEĠIJIET MINIMI GĦALL-PJANIJIET TA' AZZJONI |
L-ANNESS V ĦTEĠIJIET MINIMI GĦALL-PJANIJIET TA' AZZJONI
L-ANNESS V ĦTEĠIJIET MINIMI GĦALL-PJANIJIET TA' AZZJONI imsemmija fl-Artikolu 8 1. Pjan ta' azzjoni għandu mill-anqas jinkludi dawn l-elementi li ġejjin:
—
deskrizzjoni ta' l-agglomerazzjoni, toroq maġġuri, ferroviji maġġuri jew ajruporti maġġuri u sorsi oħrajn
—
tal-ħsejjes għandhom ikunu meqjusa,
—
l-awtorità responsabbli,
—
il-kuntest legali,
—
valuri ta' limitu imqiegħda bi qbil ma l-Artikolu 5,
—
sommarju tar-riżultati tal-immappjar tal-ħsejjes,
—
evalutazzjoni tan-numru kalkolat ta' persuni esposti għall-ħoss, l-identifikazzjoni tal-problemi u s-sitwazzjonijiet li jeħtieġ li jkunu mtejba,
—
reġistri tal-konsultazzjonijiet publiċi organizzati bi qbil ma l-Artikolu 8(7).
—
xi miżuri għat-tnaqqis tal-ħsejjes li diġa huma eżistenti u xi proġetti waqt il-preparazzjoni,
—
l-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti intiżi li jieħdu ma tul il-ħames snin segwenti, inklużi xi miżuri biex jippreservaw iż-żoni kwieti,
—
strateġija ta' terminu fit-tul,
—
informazzjoni finanzjarja (jekk disponibbli): budgets, assessjar ta' l-effettività tan-nefqa, assessjar tal-benefiċju tan-nefqa,
—
dispożizzjonijiet intiżi għall-evalutazzjoni u l-implementazzjoni u r-riżultati tal-pjan ta' l-azzjoni.
2. L-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħsieb li jieħdu fl-oqsma fil-kompetenzi tagħhom jistgħu per eżempju jinkludu:
—
l-ippjanar tat-traffiku,
—
l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art,
—
kejl tekniku tas-sorsi tal-ħoss,
—
il-għażla ta' sorsi aktar kwieti,
—
it-tnaqqis tat-trasmissjoni tal-ħoss,
—
miżuri regolatorji jew ekonomiċi jew inċentivi.
3. Kull wieħed mill-pjani ta' l-azzjoni għandhom ikun fihom estimi f'termini tat-tnaqqis tan-numru ta' persuni affettwati (imdejqa, mfixkla waqt l-irqad, jew oħrajn). 4. Il-Kummissjoni tista tiżviluppa linji ta' gwida li jipprovdu aktar gwida dwar il-pjanijiet ta' l-azzjoni bi qbil ma l-Artikolu 13(2).
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|