|
+Artikolu 5 Il-projbizzjoni tal-ġarr tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi |
Artikolu 5 Il-projbizzjoni tal-ġarr tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidiArtikolu 5 Il-projbizzjoni tal-ġarr tal-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi 1. Il-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru mill-1 ta' Lulju 2003, u li s-sistema tagħhom ta' l-antifouling tkun ġiet applikata, imbiddla jew mibdula wara din id-data, ma għandhomx iġorru komposta ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi fis-sistemi ta' l-antifouling fuq il-buqijiet, jew il-partijiet esterni u l-wiċċ, għajr jekk iġorru kisja li tifforma xkiel għal dawn il-komposti sabiex jipprevjieni t-tisfija mis-sistema ta' l-antifouling li tkun imwaħħla ma' taħt il-bastiment u li ma tikkonformax. 2. Mill-1 ta' Jannar 2008 il-bastimenti imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jew ma jġorrux il-komposti ta' l-organotin li jaġixxu bħala bijoċidi fis-sistemi ta' l-antifouling fuq il-buqijiet jew il-partijiet esterni u l-wiċċ, jew iġorru kisja li tifforma xkiel għal dawn il-komposti mit-tisfija tas-sistema ta' l-antifouling li ma tikkonformax. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-pjattaformi fissi u galleġġjanti, l-FSUs u l-FPSOs mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2003 li ma kenux fil-baċin mingħajr ilma f'din id-data jew wara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|