Artikolu 8
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u b'mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew biex titjieb l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza, il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi għall-Konvenzjoni AFS, għaċ-Ċertifikat AFS, għad-Dikjarazzjoni AFS u għad-Dikjarazzjoni dwar il-Konformità AFS u l-Annessi ma' dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida rilevanti tal-IMO b'rabta mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).