+Artikolu 5 Għoti ta' deroga

Artikolu 5 Għoti ta' deroga

Artikolu 5

Għoti ta' deroga

1.  It-talba għal deroga minn fabbrikant għandha ssir billi tintbgħat appikazzjoni lill-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, imsemmija f'Artikolu 8(1), u lill-Kummissjoni, li tagħti xhieda dwar il-kriterji msemmija f'Artikolu 6(1). L-Istati Membri jistgħu jagħmlu talba għal deroga li tkun tiddependi fuq xi ħlas lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru. Ħlasijiet bħal dawn, meta jkun il-każ, għandhom jiġu mposti b'mod mhux diskriminatorju u m'għandhomx ikunu aktar minn kemm jiswa l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.

2.  L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu inkartament tekniku bl-informazzjoni kollha u l-ġustifikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu valutati l-aspetti ta' sigurtà dwar l-użu speċifiku ta' surfactants f'diterġenti li ma jkunux iħarsu l-limiti ta' biodigradibilità, kif preskritt fl-Anness III.

Barra mir-riżultati tat-testijiet stipulati fl-Anness III, l-inkartament tekniku għandu jinkludi informazzjoni u riżultati ta' testijiet, kif stipulat fl-Annessi II and IV.

It-testijiet preskritti fl-Anness IV, punt 4 għandhom isiru fuq il-bażi ta' trattament fuq livelli distinti. It-trattament fuq il-bażi ta' livelli distinti jiġi mfisser f'dokument tekniku ta' gwida li għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2) sat-8 ta' April 2007. Dan id-dokument ta' gwida jispeċifika wkoll, meta xieraq, dawk it-testijiet li għalihom għandhom japplikaw il-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju.

3.  L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, meta tirċievi applikazzjonijiet għal deroga skond il-paragrafi 1 u 2, għandha teżamina t-talbiet, tevalwa l-konformità tagħhom mal-kondizzjonijiet dwar derogi u tinforma lill-Kummissjoni bir-riżultati fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni sħiħa.

Jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru jidhrilha li hemm bżonn ta' evalwazzjoni tar-riskju li jista' jkun ikkawżat minn xi sustanza u/jew ►M2  taħlita ◄ , għandha, fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni, titlob għal aktar informazzjoni, verifikazzjoni u/jew testijiet konfermattivi dwar dawn is-sustanzi u/jew ►M2  taħlitiet ◄ jew il-prodotti ta' trasformazzjoni tagħhom, li dwarhom kienu infurmati jew irċevew informazzjoni skond dan ir-Regolament. Il-perjodu ta' żmien għall-evalwazzjoni ta' l-inkartament mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandu jibda biss malli l-inkartament ikun lest kollu bl-informazzjoni addizzjonali. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tingħatax fi żmien 12-il xahar, l-applikazzjoni għandha titqies bħala mhux kompletata u għalhekk invalida. F'dan il-każ, Artikolu 6(2) ma japplikax.

Jekk tkun mitluba aktar informazzjoni dwar metaboliti, strateġiji ta' testjar pass wara l-ieħor għandhom jiġu wżati biex jiġi żgurat l-akbar użu ta' metodi ta' testijiet in-vitro u oħrajn li ma jinvolvux annimali.

4.  Fuq il-bażi ta', b'mod partikolari, l-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru, l-Kummissjoni tista' tagħti deroga skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2). Jekk meħtieġ, qabel tagħti din id-deroga, l-Kummissjoni għandha tkompli tevalwa l-kwistjonijiet indikati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 12-il xahar wara li tkun irċeviet l-evalwazzjoni mill-Istat Membru, ħlief fil-każ ta' l-Artikolu 5(4) u (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE meta l-perjodu għandu jkun ta' 18-il xahar.

5.  Derogi bħal dawn jistgħu jippermettu, jillimitaw jew jirrestrinġu severament it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' surfactants bħala ingredjenti f'diterġenti, skond ir-riżultati ta' l-istima dwar riskji komplementari, kif imfisser fl-Anness IV. Jistgħu jinkludu perjodu li fih jispiċċa bil-mod it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ingredjenti f'diterġenti. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi deroga malli tirċievi informazzjoni li tkun tiġġustifika r-reviżjoni sostanzjali ta' l-inkartament tekniku li kien inkluż ma' l-applikazzjoni għad-deroga. Għal dan il-għan, il-fabbrikant għandu, fuq talba, jagħti lill-Kummissjoni inkartament tekniku li jkun ġie aġġornat dwar il-punti msemmija fl-Anness IV, punt 2. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni aġġornata, l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ttawwal, tibdel jew tittermina d-deroga. Il-paragrafi 1 sa 4 u 6 ta' dan l-Artikolu u Artikolu 6 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

6.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' surfactants li jkunu kisbu deroga, bil-kondizzjonijiet korrispondenti jew limitazzjonijiet dwar l-użu, kif previst fl-Anness V.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.06.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0648
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.