+Artikolu 8 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.

Artikolu 8 Dati ta’ referenza tar-rapportar u dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

L-informazzjoni li tikkonċerna istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti speċifikata fl-Artikoli 6 u 7 għandu jkollha d-dati ta’ referenza tar-rapportar li ġejjin:

(a) 

għar-rapportar trimestrali, il-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru;

(b) 

għar-rapportar semi-annwali, it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru;

(c) 

għar-rapportar annwali, il-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 8 2.
Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena kalendarja sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 8 3.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 1 u 2, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti jitħallew jelaboraw il-kontijiet annwali tagħhom fuq il-bażi ta’ sena tal-kontabilità li tiddevja mis-sena kalendarja, l-ANK jistgħu jaġġustaw id-dati ta’ referenza tar-rapportar sal-aħħar tas-sena tal-kontabilità. Id-dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati għandhom ikunu tliet xhur, sitt xhur, disa’ xhur u 12-il xahar wara l-bidu tas-sena tal-kontabilità. Informazzjoni li tirreferi għal perijodu għandha tiġi rrapportata b’mod kumulattiv mill-ewwel jum tas-sena tal-kontabilità sad-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 8 4.
L-ANK għandhom, malli jirċievu mingħand istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 6 u 7 u wara li jiżguraw li l-informazzjoni tkun fil-format korrett tal-fajl skont l-Artikolu 17, jissottomettu dik l-informazzjoni lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 8 5.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK sad-dati tar-rimessa msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jew sa skadenza aktar bikrija deċiża mill-ANK.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0534
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.