+Artikolu 23 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
|
Artikolu 23 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jkollu, l-annessi li ġejjin:
(a)
il-pakkett ta' informazzjoni;
(b)
fejn applikabbli, l-ismijiet u eżemplar tal-firem tal-persuni awtorizzati biex jiffirmaw dikjarazzjonijiet tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 31 u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom fil-kumpannija.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Fir-rigward ta' kull tip ta' magna jew familja ta' magni li tkun ġiet approvata, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:
(a)
timla s-sezzjonijiet rilevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, u tehmeż ir-rapport tat-test;
(b)
tħejji l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni;
(c)
toħroġ ċertifikat komplut, flimkien mal-annessi tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Fejn approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun, f'konformità mal-Artikolu 35, ġiet soġġetta għal restrizzjonijiet dwar il-validità tagħha jew fejn it-tip ta' magna jew familja ta' magni tkun ġiet eżentata minn ċerti rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawk ir-restrizzjonijiet jew eżenzjonijiet.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|