+Artikolu 43 Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.

Artikolu 43 Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali

Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1.
Fabbrikant ma għandux iforni lill-OEMs jew lill-utenti finali kwalunkwe informazzjoni teknika relatata mad-dettalji previsti f'dan ir-Regolament li tiżvija mid-dettalji approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.
Artikolu 43 2.
Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha rilevanti li huma meħtieġa għall-installazzjoni korretta tal-magna fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq, inkluża deskrizzjoni ta' kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali marbuta mal-installazzjoni jew l-użu tal-magna.
Artikolu 43 3.
Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha rilevanti meħtieġa intenzjonati għall-utent finali, inkluża deskrizzjoni b'mod partikolari dawk li jiddeskrivu kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali marbuta mal-użu ta' magna.
Artikolu 43 4.
Il-fabbrikanti għandhom jagħmlu disponibbli għall-OEMs il-valur tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) stabbilit matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-OEMs sabiex jikkomunikaw dik l-informazzjoni, flimkien ma' informazzjoni ta' spjegazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tat-testijiet, lill-utent finali tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huwa maħsub li tiġi installata l-magna.
Artikolu 43 5.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw id-dettalji dwar l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta ' Diċembru 2016.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.